Mogħdija tan-navigazzjoni

L-azzjoni umanitarja tal-Unjoni Ewropea fid-dinja - 11/11/2008

Espert tas-servizz tal-għajnuna umanitarja tiġbor informazzjoni mingħand refuġjat Iraqqin. © CE

Minkejja li l-Unjoni Ewropea hija preżenti f'kull rokna tad-dinja biex tgħin lill-popolazzjonijiet f'diffikultà, l-azzjoni tagħha ftit li xejn hija magħrufa mill-midja u mill-pubbliku ġenerali.

"Kien filgħaxija, il-ġlied kien fl-aqwa tiegħu. Raġel armat qalilna biex nitilqu." Shamiana, tifla afgana, u l-familja tagħha kellhom jaħarbu mill-villaġġ tagħhom ta' Qarabagh, 30 km minn Kabul. Wara ħafna ġranet jimxu, waslu f'kamp tar-refuġjati fil-Pakistan.

Fil-kamp, il-ħaddiema tas-servizz ta' għajnuna umanitarja (ECHO Englishfrançais ) tal-Kummissjoni Ewropea malajr għamlu evalwazzjoni tal-ħtiġijiet urġenti tar-refuġjati miġmugħin, sabiex iqassmu l-għajnuna disponibbli bl-aħjar mod possibbli. Xogħolhom kien jikkonsisti partikolarment f'li jipprovdulhom saqaf, ikel, kura medika, ilma għax-xorb u appoġġ psikoloġiku kif ukoll li jgħaqqdu lill-familji.

Il-ħeffa tal-azzjoni huwa l-motto tal-ECHO, li għadu kif irrilaxxa EUR 4 miljuni biex jgħin 250,000 persuna spustjati minħabba l-ġlied li kien hemm fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo.

Din is-sena, l-Unjoni Ewropea allokat iktar minn EUR 700 miljun Englishfrançais għall-għajnuna umanitarja. Minkejja li l-ebda donatur ieħor ma jagħti dan l-ammont ta' għajnuna, l-UE ma tagħmilx dan b'ħafna daqq ta' trombi. Minħabba raġunijiet ta' newtralità u ta' effikaċità, l-ECHO ma tieħux azzjoni diretta, iżda tippreferi tagħti għajnuna finanzjarja lil inizjattivi implimentati fuq il-post permezz ta' netwerk ta' organizzazzjonijiet imsieħba Englishfrançais .

Erba' snin wara, Shamiana u l-familja tagħha rnexxielhom jerġgħu lura fil-villaġġ tagħhom. Id-dar tagħhom kienet imfarrka u l-għelieqi madwarha kienu miżgħuda bil-mini, iżda l-Unjoni Ewropea pprovditilhom għajnuna alimentari u ffinanzjat l-operazzjonijiet tat-tneħħija tal-mini. Hija tathom ukoll il-mezzi biex jerġgħu jibdu d-dar tagħhom.

F'kuntest dinji fejn l-għajnuna umanitarja tiddependi dejjem iktar fuq il-preżenza tal-militari, dawn il-ħaddiema mhux dejjem jitqiesu bħala newtrali u spiss jisfaw attakkati.

Isabelle D’Haudt li taħdem għall-ECHO f'Kabul ma tiskuraġġix ruħha: "F'din is-sitwazzjoni dak li qed nagħmlu jsir iktar rilevanti. Inħallu impatt rapidu mmirat f'terminu qasir Ma nistgħux niżbaljaw."

Kull sena l-Unjoni Ewropea tgħin lil iktar minn 18-il miljun persuna li jisfaw vittmi ta' kunflitti, diżastri naturali jew taqlib klimatiku.

L-Unjoni tinsab ukoll fuq quddiemnett fil-ġlieda kontra l-faqar madwar id-dinja. F'dan il-qafas, qed torganizza l-Jiem Ewropej tal-iżvilupp Englishfrançais mill-15 sas-17 ta' Novembru fi Strasbourg.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli