Mogħdija tan-navigazzjoni

It-tkabbir tal-UE: ħidma li għadha għaddejja - 05/11/2008

Ekmekcizade Kervansarayi, it-Turkija © KE

Il-Kroazja tidher imħejjija li ssir it-28 membru tal-Unjoni Ewropea.

Rapport dwar il-pajjiżi li beħsiebhom jingħaqdu mal-UE jgħid li l-Kroazja tista tlesti n-negozjati ta' adeżjoni sat-tmiem tal-2009. Dan jista' jpoġġi lir-Repubblika tal-eks Jugożlavja, li tikkonsisti f'4.4 miljun persuna, fi triqitha biex tingħaqad mal-UE fl-2011.

Iżda għad għandhom x'jaqdfu s-seba' pajjiżi l-oħra li jixtiequ jingħaqdu mal-Unjoni. Filwaqt li kollha qed joqorbu biex isiru ekonomiji tas-suq, huma qed jiġu mitluba jsaħħu s-supremazija tal-liġi. Kważi f'kull każ, inkluża l-Kroazja, l-akbar ostakoli jibqgħu l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata.

Sabiex il-pajjiżi jsiru membri għandhom jilħqu lista twila ta' kriterji politiċi, legali u ekonomiċi. Il-Kummissjoni li hija responsabbli mill-proċess, tippubblikaaġġornamenti annwali dwar il-progress tagħhom .

Bħalissa tliet pajjiżi - il-Kroazja, it-Turkija u l-eks Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja (FYROM) - ġew uffiċjalment aċċettati bħala kandidati għas-sħubija mal-UE. Ħames pajjiżi oħra mill-Balkani tal-Punent li huma kkunsidrati bħala kandidati potenzjali huma l-Albanija, il-Bożnija u Ħerzegovina, il-Montenegro, is-Serbja u l-Kosovo.

Il-Kroazja u t-Turkija huma l-uniċi tnejn li bdew in-negozjati biex isiru membri. Ir-rapport jgħid li l-FYROM hija kandidat uffiċjali wkoll, iżda għadha ma tikkwalifikax għat-taħdidiet dwar id-dħul peress li ma temmitx ir-riformi politiċi, speċjalment fl-assigurazzjoni għal elezzjonijiet ħielsa u ġusti. Fir-rapport, l-elezzjonijiet parlamentari tas-sena li għaddiet ġew ikkritikati bħala mimlijin nuqqasijiet. Barra minn hekk, hemm ħtieġa ta' aktar sforzi fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni, fit-tisħiħ tas-servizzi ċivili u l-ħolqien tal-impjiegi.

Il-Kummissjoni faħħret lit-Turkija fl-għajnuna għall-istabilizzazzjoni tar-reġjun tal-Kawkażu matul il-kunflitt tas-sajf li għadda bejn il-Ġeorġja u r-Russja. Madankollu l-Kummissjoni tgħid li t-Turkija għandha bżonn tgħaġġel ir-ritmu fir-riformi. It-Turkija, flimkien mal-Kroazja, bdiet it-taħdidiet għad-dħul f'Ottubru 2005.

Fil-każ tas-Serbja, fl-2009 għandha ssir kandidat uffiċjali. Dan jiddependi ħafna mill-progress li jinkiseb f'oqsma ewlenin relatati mas-supremazija tal-liġi u l-bidla ekonomika, kif ukoll fil-kooperazzjoni tagħha mat-tribunal tan-NU għad-Delitti tal-Gwerra.

L-Albanija, il-Montenegro u l-Bożnija u Ħerzegovina qed jagħmlu passi 'l quddiem, iżda l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata jibqgħu problemi serji. L-Albanija, b'mod partikolari teħtieġ tassigura li l-elezzjonijiet parlamentari tas-sena d-dieħla jimxu ħarir. Il-Montenegro għandu bżonn ikompli jistinka bir-riforma ġudizzjarja.

Fil-Bożnija u Ħerzegovina, it-tensjonijiet politiċi qed jitfgħu lura r-riformi u qed ipoġġu f'riskju l-progress miksub s'issa. Il-Kosovo, eks-provinċja Serba li kisbet l-indipendenza fi Frar, għadha fi stadju bikri tal-integrazzjonijiet mal-UE. Is-sena d-dieħla, il-Kummissjoni se tippreżenta studju dwar kif tista' tgħin lill-Kosovo tagħmel progress.

Aktar dwar it-tkabbir Ewropew Deutsch (de) English (en) français (fr)

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli