Mogħdija tan-navigazzjoni

Osservaturi tal-UE jissorveljaw lis-suldati Russi jħejju rwieħhom biex iħallu raħal Ġeorġjan, © Reporters

Konferenza tad-donaturi tibgħat messaġġ qawwi ta' appoġġ għall-Ġeorġja.

Sa dan l-aħħar il-Ġeorġja kienet waħda mill-aktar ekonomiji fid-dinja li kienu qed jikbru b'pass mgħaġġel - bi tkabbir ta' 12% rreġistrat tul l-2007. Il-folja nqalbet minħabba l-kunflitt qasir imma qalil mar-Russja f'Awissu. Tkissru rotot tat-trasport ewlenin u servizzi ta' utilità, iġġarrfu d-djar u bini ieħor u meded enormi ta' msaġar inqerdu bil-bombi.

'Il fuq minn xahrejn wara, bosta investituri barranin għosfru, it-turisti sparixxew, il-qagħad żdied u bosta Ġeorġjani żvojtaw il-kontijiet bankarji tagħhom.

Il-Bank Dinji ta stima li l-Ġeorġja, li tinsab fuq passaġġ ewlieni tar-riżorsi tal-enerġija għall-Ewropa, illum teħtieġ €2.4bn biex terġa' tqum fuq saqajha. L-UE impenjat ruħha li toffri €500m matul it-tliet snin li ġejjin u l-Istati Uniti wegħdu €757m ($1bn), li aktar minn nofshom għandhom jaslu sa tmiem din is-sena. Nhar it-22 ta' Ottubru, l-UE u l-Bank Dinji ospitaw konferenza tad-donaturi English sabiex jiġbru il-€1.1bn li għad hemm bżonn.

Kważi 70 pajjiż u istituzzjoni ġew mistiedna jattendu dan l-avveniment. L-għajnuna se tissarraf fi sforz għar-rikostruzzjoni u f'assistenza għall-gvern Ġeorġjan sabiex ilaħħaq mal-bżonnijiet immedjati tan-nies li kellhom jaħarbu minn djarhom. Għexieren ta' eluf ta' nies kellhom iħallu posthom, u bosta minnhom għadhom qed isibu kenn f'ċentri proviżorji għar-refuġjati.

Imma għan aktar fit-tul huwa li terġa' titqajjem l-ekonomija Ġeorġjana, li għaddiet minn riformi sostanzjali f'dawn l-aħħar snin. Fi kliem il-Kummissarju inkarigata mir-relazzjonijiet esterni, Benita Ferrero-Waldner, "Huwa essenzjali li l-kriżi ma taljenax lill-Ġeorġja mill-isforzi ta' riforma politika u ekonomika li, jekk xejn, illum huma saħansitra aktar importanti minn kemm kienu qabel il-kunflitt tas-sajf li għadda." Din l-eks repubblika Sovjetika normalment tirċievi madwar €40m fis-sena mill-UE.

Il-Ġeorġja u r-Russja kellhom u għad għandhom xi jgħidu dwar l-Ossezja t'Isfel u l-Abkażja, li huma żewġ provinċji Ġeorġjani li jridu jinqatgħu minn ma' dan il-pajjiż, u li r-Russja tagħraf bħala pajjiżi indipendenti. Fil-15 ta' Ottubru f'Ġinevra, iż-żewġ naħat kellhom l-ewwel parti minn sensiela ta' taħditiet għall-paċi, u n-negozjati mistennija jkomplu f'Novembru taħt l-awspiċi tan-NU u medjaturi Ewropej.

Aktar kmieni dan ix-xahar, it-truppi Russi ħallew iż-żoni li jmissu mar-reġjuni separatisti, kif mitlub minn patt ta' waqfien mill-ġdid li ntlaħaq qbil dwaru permezz ta' sforzi mill-UE. Dan ippermetta li osservaturi tal-UE jidħlu f'dawn iż-żoni u jissorveljaw il-waqfien mill-ġlied. Fir-reġjuni separatisti għad baqa' eluf ta' truppi Russi.

Aktar tagħrif dwar l-għajnuna tal-UE lill-Ġeorġja English .

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli