Mogħdija tan-navigazzjoni

Għadd ta' nies miġbura madwar trakk mgħobbi b'għotjiet umanitarji mill-UE

L-UE provdiet €6 miljun f'għajnuna lil dawk li nqabdu fil-kunflitt li laqat lill-Ossetja t'Isfel u nħawi oħra fil-Ġeorġja. Hemm ukoll ippjanata iktar għajnuna.

L-għajnuna qed titqassam minn organizzazzjonijiet mhux governettivi, aġenzija tan-NU u s-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar/in-Nofs Qamar Aħmar. Pajjiżi individwali tal-UE pprovdew $8.4 miljun oħra bejniethom.

Is-sitwazzjoni fil-Ġeorġja ġiet diskussa waqt samit ta' emerġenza tal-UE DeutschEnglishespañolfrançaisitaliano li ttella' fl-1 ta' Settembru. Il-mexxejja tal-UE qatgħuha li jipposponu t-taħdidiet mar-Russja dwar patt ta' sħubija ġdid sakemm Moska tirtira t-truppi tagħha sal-pożizzjonijiet ta' qabel il-kunflitt. Qablu wkoll li jirrevedu r-relazzjonijiet mar-Russja, filwaqt li kkundannaw ir-rikonoxximent min-naħa tar-Russja taż-żewġ reġjuni separatisti tal-Ossetja t'Isfel u l-Abkażja bħala stati indipendenti. Il-President tal-Kummissjoni Jose Manuel Barroso u l-kap tal-politika barranija tal-UE Javier Solana se jakkumpanjaw lill-President Franċiż Nicolas Sarkozy waqt żjara f'Moska l-ġimgħa d-dieħla. Bħalissa Franza għandha f'idejha l-presidenza rotatorja tal-UE.

Diġà ntbagħat tim ta' esperti mill-UE fir-reġjun sabiex jistħarreġ x'jeħtieġ isir mil-lat umanitarju. Dawn se jiġu segwiti minn osservaturi ċivili, sabiex jissorveljaw l-implimentazzjoni tal-waqfien mill-ġlied imsejjes fuq sitt punti innegozjat taħt l-awspiċi tal-UE. Minbarra l-waqfien mill-ġlied innifsu, il-ftehim jitlob li jkun hemm taħdidiet internazzjonali u treġġigħ lura lejn il-linji kif kienu stabbiliti qabel il-gwerra ta' ħamest'ijiem, li fiha t-truppi Russi skjeraw irwieħhom f'pożizzjonijiet fil-Ġeorġja 'l hinn mill-Ossetja t'Isfel.

Il-mexxejja tal-UE qablu wkoll li joffru lill-Ġeorġja għajnuna għar-rikostruzzjoni u li jirsistu sabiex jiġi stabbilit ftehim dwar il-kummerċ ħieles u sistema ta' viża anqas stretta għaċ-ċittadini ta' dan il-pajjiz. Qablu wkoll li jgħinu fl-organizzazzjoni ta' konferenza internazzjonali tad-donaturi għall-Ġeorġja. Il-Kummissarju responsabbli mill-affarijiet esterni, Benita Ferrero-Waldner qalet li se jkun hemm il-bżonn ta' €110 miljun sabiex jiġu assistiti bejn 20,000 u 30,000 ruħ li huwa stmat li kellhom iħallu djarhom.

F'dawn l-aħħar snin, l-UE fittxet li ssaħħaħ ir-rabtiet tagħha mal-Ġeorġja, speċjalment mindu l-Unjoni espandiet lejn l-Ewropa tal-Lvant fl-2004. L-UE toffri appoġġ finanzjarju lill-Ġeorġja bħala parti mill-politika Ewropea tal-viċinat , sabiex dan il-pajjiż ikompli miexi fit-triq tar-riforma ekonomika u politika. Il-Kummisarju Ferrero-Waldner qalet li l-UE beħsiebha tqawwi dawn l-isforzi, filwaqt li tapprofondixxi r-rabtiet mal-Ukrajna u l-Moldova, li huma wkoll koperti minn din il-politika.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli