Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-Bulgarija u r-Rumanija jridu jistinkaw aktar kontra l-korruzzjoni - 24/07/2008

Il-bini tal-Kummissjoni magħruf bħala l-Berlaymont bi plakard li tagħti merħba lill-Bulgarija u r-Rumanija fi ħdan l-UE

Skond l-aktar rapporti ta' progress riċenti, iż-żewġ pajjiżi ntalbu jistinkaw aktar rigward ir-riforma ġuridika u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni.

Meta il-Bulgarija u r-Rumanija ssieħbu fl-UE fl-2007, iż-żewġ pajjiżi kienu dgħajfa fis-sistemi ġudizjarji tagħhom u t-tnejn li huma kellhom problemi bil-korruzzjoni. Il-Bulgarija kienet ukoll qed tissielet kontra l-kriminalità organizzata. It-tnejn intalbu jindirizzaw dawn il-kwistjonijiet:il-progress tagħhom issa ġie rreġistrat f'żewġ rapporti ġodda.

Il-konklużjoni ġenerali hija li t-tnejn għamlu sforzi ġenwini, partikolarment fir-riforma ġudizzjarja, u wieħed jista' jinnota li kien hemm ċertu progress. Imma hemm bżonn ta' aktar ħidma.

Fir-Rumanija, l-elementi bażiċi ta' sistema ġudizzjarja moderna issa ġew stabbiliti, imma l-istrutturi għadhom fraġli wisq u l-każijiet ta' korruzzjoni fuq livell għoli spiss jiġu politiċizzati. Ir-rapport iħeġġeġ lill-gvern sabiex jintensifika r-riformi.

Il-Bulgarija twiddbet li l-ġlieda tagħha kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata mhix qed tħalli riżultati suffiċjenti. Il-kriminali spiss jeħilsuha ħafif, u l-possessjonijiet finanzjarji tagħhom qajla qatt jiġu ffriżati. Il-finanzjament tal-partiti politiċi isir ukoll, fil-biċċa l-kbira tiegħu, bla regolamentazzjoni. L-irregularitajiet fit-tmexxija finanzjarja ġagħlu lill-Kummissjoni tissospendi xi finanzjamenti min-naħa ta' l-UE tul dawn l-aħħar sitt xhur.

Ir-rapport jitlob lill-Bulgarija sabiex 'tgħaddi mill-kliem għall-fatti u ġġib fis-seħħ ir-riformi serji li impenjat ruħha bihom'.

L-evalwazzjonijiet huma msejsa fuq tagħrif miksub minn għand il-gvernijiet taż-żewġ pajjiżi, il-Kummissjoni, pajjiżi oħra fi ħdan l-UE bi preżenza fil-Bulgarija jew ir-Rumanija u entitajiet tas-soċjetà ċivili.

Iż-żewġ pajjiżi għandhom ċerrti miri x'jissodisfaw – p.eż. ir-Rumanija trid tintroduċi miżuri kontra l-korruzzjoni fil-livell tal-gvern lokali, u hu mistenni mill-Bulgarija li temenda l-kostituzzjoni sabiex telimina ċerti dubji dwar l-indipendenza u l-kontabilità fi ħdan is-sistema ġudizjarja.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli