Mogħdija tan-navigazzjoni

Sfidi globali fil-quċċata ta’ l-aġenda fis-samit bejn l-UE u l-Istati Uniti - 11/06/2008

{0>Commission president José Manuel Barroso, US president George W. Bush and Slovenian prime minister Janez Janša<}64{>Il-president José Manuel Barroso tal-Kummissjoni, Il-president Amerikan George W. Bush u l-prim ministru Sloven Janez Janša<0}

Mexxejja ta’ l-UE ltaqgħu mal-president Bush ta’ l-Amerka biex jiddiskutu l-istat tal-kummerċ, il-klima, l-enerġija u kwistjonijiet ta' politika barranija fi Brdo, is-Slovenja, nhar l-10 ta' Ġunju.

Il-problemi li qed iħabbtu wiċċhom magħhom l-UE u l-Amerka jeħtieġu azzjoni urġenti - kwistjonijiet ta' klima u prezz taż-żejt u ta’ l-ikel jistgħu jiġu indirizzati bil-ferm aktar effettivament jekk iż-żewġ reġjuni jaħdmu id f’id.

L-impatt fuq l-akbar ekonomiji tad-dinja tal-bidla klimatika, il-prezzijiet fenomenali taż-żejt u l-provvista inċerta ta’ l-enerġija ġew diskussi waqt li l-mexxejja taw prijorità lit-trasport u enerġija b’livell baxx ta’ karbonju , flimkien ma’ teknoloġiji ġodda u aktar ambjentali.

L-UE qed tispera li l-Istati Uniti jikkooperaw aktar fl-isfida tat-tibdil klimatiku. Il-President Barroso qal li l-UE hija ħerqana għall-ftehim ta' wara Kyoto li se jsir f'Kopenħagen fl-2009, fejn iż-żewġ żoni mistennija jagħtu eżempju lill-bqija tad-dinja; madankollu, il-President Bush għadu qed jistenna liċ-Ċina u l-Indja jinvolvu ruħhom fil-battalja internazzjonali kontra l-kambjament fit-temperatura.

Il-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti English (en) español (es) français (fr) għandha bażi soda, minkejja li xi kultant ikun hemm differenzi bejniethom dwar kwistjonijiet bħall-piena tal-mewt jew il-limiti obbligatorji għall-emmissjonijiet tal-karbonju. Iżda kemm is-Sur Barroso u s-Sur Bush - li għalih dan hu l-aħħar samit bejn l-UE u l-Istati Uniti - enfasizzaw l-importanza ta’ relazzjoni tajba bejn l-Ewropa u l-Amerka. Qablu li meta jgħaqdu l-forzi, jkunu aktar b’saħħithom fid-dinja u jkunu jistgħu jgħinu lil ħadd ieħor aħjar, inklużi l-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw.

Wieħed mir-riżultati tas-samit għandu jmur tajjeb ma’ l-eluf ta’ vjaġġaturi bejn l-Amerka u l-Ewropa. X’aktarx, fil-ġejjieni, l-Ewrpej se jkollhom aċċess bla visa għall-Istati Uniti. Bħalissa, il-visa jistgħu jevitawha biss il-membri ta 15-il pajjiż ta’ l-UE (14 minn dawk li kien hemm qabel l-2004 u s-Slovenja). L-UE trid stat ugwali ta' vjaġġar għas-27 stat membru tagħha - u t-taħdit jidher pożittiv.

Is-sena l-oħra iż-żewġ reġjuni waslu għal ftehim li witta’ t-triq għal investiment u kummerċ transatlantiku akbar. Dan il-ftehim issa huwa meqjus li ffranka lill-kumpaniji Ewropej u Amerikani madwar €6.5 biljun.

{0>For more details, see the joint EU-US declaration Englishfrançaisslovenščina issued after the summit.<}0{>Għal aktar dettalji, ara d-dikkjarazzjoni konġunta bejn l-UE u l-Istati Uniti Englishfrançaisslovenščina ippubblikata wara s-samit.<0}

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli