Mogħdija tan-navigazzjoni

Tkabbir bla dewmien u ġust għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw - 26/05/2008

Traffiku urban fiċ-Ċina

Il-pajjiżi li qed jiżviluppaw jistgħu jiksbu livelli għolja ta' tkabbir inklussiv sostenibbli jekk il-mexxejja tagħhom idaħħluhom fl-ekonomija globali.

Skond ir-rapport tal-kummissjoni dwar it-tkabbir u l-iżvilupp Englishespañolfrançais, il-potenzjal tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw sabiex igawdu minn tkabbir ekonomiku jinsab fil-biċċa l-kbira tiegħu f'idejn l-esperti ekonomiċi u l-mexxejja politiċi tagħhom stess.

Minbarra l-parteċipazzjoni fi ħdan l-ekonomija globali u t-titjib tat-tmexxija, ir-rapport jelenka dawn l-istrateġiji għat-tkabbir sostenut u l-iżvilupp inklussiv Englishespañolfrançais:

  • l-investiment pubbliku u privat fl-edukazzjoni, is-saħħa u l-iżvilupp urban
  • l-effiċjenza fl-enerġija u l-ambjent
  • rabtiet bejn l-ambjenti urbani u dawk rurali

Kull waħda minn dawn it-temi, m'għandniex xi ngħidu, għandha tiġi adattata għas-sitwazzjoni speċifika fi ħdan kull pajjiż.

Ir-rapport jenfasizza wkoll li t-tkabbir huwa mezz biex pajjiż jilħaq għanijietu, għalkemm m'għandux jitqies bħala l-għan fih innifsu: bla tkabbir, ngħidu aħna, ma jonqosx il-faqar. 

Ir-rapport huwa l-frott ta' sentejn ta' studju dwar ekonomiji li kisbu tkabbir ta' almenu 7% kull sena għal talanqas 25 sena mindu seħħet it-Tieni Gwerra Dinjija. Dawn jikludu l-Botswana, il-Brażil, iċ-Ċina, il-Korea, Ħong Kong, l-Indoneżja, il-Ġappun, il-Malażja, Malta, l-Oman, is-Singapor, it-Tajwan u t-Tajlandja.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli