Mogħdija tan-navigazzjoni

Insemmgħu leħinna għal dinja aħjar - 16/05/2008

Premju Ewropew li jappoġġa l-ġurnalisti li jiddefendu d-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-iżvilupp.

L-UE qed tistieden ġurnalisti minn madwar id-dinja biex jipparteċipaw fil-kompetizzjoni Lorenzo Natali Englishespañolfrançais għal-libertà tal-kelma (data ta’ għeluq - 30 ta’ Ġunju 2008).

Il-Kummissarju għall-għajnuna umanitarja Louis Michel spjega l-importanza ta’ dan il-premju billi qal “Mingħajr tagħrif, mingħajr il-midja, id-dinja titlef il-memorja ta’ l-imgħoddi, l-għarfien tal-preżent u d-dibattitu dwar il-ġejjieni.”

Il-premju Lorenzo Natali huwa parti importanti mill-politika Ewropea għall-iżvilupp Englishfrançais li tqis l-azzjoni li tiddefendi d-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem bħala pass lejn tmexxija tajba, paċi u progress fid-dinja li qed tiżviluppa.

Din is-sena l-premju huwa miftuħ għal kull tip ta’ midja ġurnalistika (radju, televiżjoni, stampa u internet) madwar id-dinja. Ir-rebbieħa jaqsmu total ta’ €50,000 fi premijiet ta’ flus. Ir-rebbieħa jiġu onorati waqt ċerimonja ta’ l-għoti tal-premijiet f’Novembru fl-avveniment Ġranet Ewropej għall-Iżvilupp Englishfrançais 2008 fi Strasburgu.

Il-Kummissjoni se tikkollabora ma’ tnejn mill-aktar assoċjazzjonijiet ta’ l-istampa magħrufin biex jingħażlu r-rebbieħa:  Reporters Without Borders, u l-World Association of Newspapers, li tirrappreżenta ’l fuq minn 18,000 pubblikazzjoni f’ħames kontinenti.

Lorenzo Natali kien jissielet għall-ħelsien. Ġie onorat għall-qlubija tiegħu matul il-gwerra tal-liberazzjoni fl-Italja okkupata fl-1944.

Formola ta' parteċipazzjoni - kompetizzjoni Lorenzo Natali Englishespañolfrançais

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli