Mogħdija tan-navigazzjoni

Nagħmlu dak li wegħdna lill-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw - 09/04/2008

Ritratt ta' familja fqira Kolombjana – żewġ ġenituri magħlubin u erbat itfal f'għalqa

L-UE tħeġġeġ lill-Membri tagħha biex iżidu l-ammont u l-effettività ta' l-għajnuna għall-iżvilupp tagħhom.

Is-solidarjetà mal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw hija wieħed mill-valuri fundamentali ta' l-UE – is-sena l-oħra l-Unjoni nefqet €8.6bn fuq l- għajnuna għall-iżvilupp. Iżda minkejja li l-UE tinsab fuq quddiem nett fid-dinja fl-impenn tagħha li żżid l-għajnuna, skond l-organizazzjoni għall-iżvilupp u l-kooperazzjoni ekonomika English, l-ammont li nefqet fl-2007 kien fil-fatt €1.7bn inqas minn dak ta' ħames snin qabel .

Il-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw jeħtieġilhom jiġu involuti fil-proċess biex jiġu indirizzati sfidi globali bħall-bidla fil-klima, il-pandemiji, il-migrazzjoni u t-theddid għall-paċi u s-sigurtà, imma dawn ma jistgħux jagħtu l-kontribut tagħhom bla ma jkunu mgħejuna. L-UE, għalhekk, qed tħeġġeġ lill-pajjiżi fi ħdanha sabiex:

  • flimkien jagħtu 0.56% tad-dħul gross nazzjonali tagħhom fl-2010, li jiżdied għal 0.7% fl-2015. Sabiex iġibu fis-seħħ dan l-impenn, il-pajjiżi ta' l-UE jeħtieġilhom jagħmlu ammonti sostanzjali ta' "flejjes ġodda" disponibbli.
  • ikomplu jtejbu l-effettività ta' l-għajuna u ta' l-impatt tagħha fost il-popolazzjonijiet fil-mira.
  • ifasslu politika ta' l-UE li tiffavorixxi l-iżvilupp, li tikkonċentra b'mod partikolari fuq il-bijofjuwils, ir-riċerka u l-problema tat-'telfien ta' l-imħuħ', jiġifieri meta nies kwalifikati jħallu l-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex isibu xogħol x'imkien ieħor.

§ jgħinu l-kummerċ - iż-€2bn li se jintefqu mill-pajjiżi ta' l-UE fuq il-kummerċ sa l-2010 għandhom ikunu mmirati lejn proġetti li jgħinu lill-iżvilupp.

Bħala parti mill-miri tal-millenju għall-iżvilupp English tan-Nazzjonijiet Uniti, il-pajjiżi ta' l-UE wegħdu li sa l-2015 jiddedikaw 0.7% tad-dħul gross nazzjonali English (GNI) tagħhom għall-għajnuna għall-iżvilupp. Imma s-sena l-oħra taw biss 0.38%, minkejja li laħqu l-mira nofsana ta' 0.39% fl-2006.

Diskussjonijiet ibbażati fuq il-pjanijiet se jgħinu lill-pajjiżi membri sabiex jiddeċiedu dwar pożizzjoni komuni, qabel żewġ konferenzi internazzjonali ewlenin li se jittellgħu aktar tard din is-sena: il-forum ta' livell għoli dwar l-effettività ta' l-għajnuna English f'Accra f'Settembru u l-konferenza ta' Doha dwar il-finanzjament ta' l-iżvilupp English f'Diċembru.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli