Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-politika tal-viċinat? Suċċess - 03/04/2008

Żewġ negozjanti mill-Afrika ta' Fuq jistivaw id-dulliegħ f'piramidi

Negozju aktar faċli, riċerka konġunta u innovazzjoni, moviment ħieles, aktar sigurtà fil-provvista ta' l-elettriku – benefiċċji prattiċi tal-politika Ewropea tal-viċinat.

Matul din il-ġimgħa saret analiżi ta' kif qed tiżviluppa l-politika Ewropea tal-viċinat (PEV), l-UE tilqa' l-progress li sar f'oqsma differenti u tkompli biex tintensifika l-kooperazzjoni ma' l-Iżrael, il-Moldova, l-Ukrajna u l-Marokk.

Hekk kif juru r-rapporti , is-suċċessi tal-politika jiddependu fuq il-kontribut ta' l-ispeċjalisti esperti fl-UE u l-impenn li jsir mill-pajjiżi individwali.  "Naħdmu mill-qrib ma' l-imsieħba tagħna biexniġbduhom lejn l-Unjoni", spjegat il-Kummissarju ta' l-affarijiet esterni Benita Ferrero-Waldner. Żiedet tgħid li "Individwalment, kull pajjiż irawwem l-għamla tar-relazzjonijiet tiegħu magħna".

Xi eżempji ta' kooperazzjoni mill-aħħar ta' l-2006:

  • In-negozju – beda kummerċ ħieles fl-Ukrajna
  • il-migrazzjoni – fil-Moldova tnediet l-ewwel applikazzjoni konġunta għall-viża ta' l-UE
  • il-ġlieda kontra l-kriminalità—skemi ta' taħriġ fil-pajjiżi tal-Mediterran għall-imħallfin, l-avukati u l-pulizija – diġà tħarrġu 1000 persuna
  • l-enerġija – bosta linji tal-pajpijiet taż-żejt u l-gass li qed jinbnew biex ikun hemm konnessjoni bejn l-UE u l-pajjiżi ġirien u sabiex il-provvista ssir aktar sikura.
  • L-ambjent – ingħataw 44 permessi għal  proġetti biex jitnaddaf il-Mediterran.

Il-politika tal-viċinat tnediet fl-2004 biex tħeġġeġ relazzjonijiet tajba bejn l-UE, mal-membri ġodda tagħha u l-pajjiżi madwarha. F'konformità ma' l-istrateġija għas-sigurtà English ta' l-UE, il-politika timmira li tagħti spinta lill-prosperità, l-istabbiltà u lis-sigurtà ta' dawk kollha involuti. Fl-2007, l-UE allokat €1.65 biljun aktar għan-nefqa fuq l-appoġġ lejn il-pajjiżi involuti fil-politika tal-viċinat - €3 għal kull ċittadin ta' l-UE.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli