Mogħdija tan-navigazzjoni

Daqqa t'id lill-Balkani tal-Punent - 05/03/2008

Veduta ta' raħal fil-Bosnija u Ħerzegovina

Appoġġ biex ngħinu lill-Balkani tal-Punent iħejju rwieħhom biex jissieħbu fl-UE.

Hekk kif il-Balkani tal-Punent – li jinkludu, fost oħrajn lill-Albanija, il-Bosnija u Ħerzegovina, il-Montenegro, u s-Serbja – jersqu aktar viċin is-sħubija, il-Kummissjoni qed iżżid l-appoġġ tagħha sabiex tħejjijhom għal dan, permezz, per eżempju, ta':

· aktar boroż ta' studju li jħeġġu l-istudenti jistudjaw fl-UE

· aktar kuntatti bejn ix-xjenzati u r-riċerkaturi

· kooperazzjoni akbar dwar il-protezzjoni ambjentali, il-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà.

L-ivvjaġġar bla viża qed jiġi diskuss ukoll.

“Fi ħdan l-UE hemm rieda soda li nappoġġjaw lill-popli tal-Balkani tal-Punent sabiex dawn jagħżlu l-valuri u l-livelli ta' għajxien Ewropej," stqarr il-Kummissarju inkarigat mit-Tkabbir Olli Rehn. Hu żied li sta għall-mexxejja u l-popli tar-reġjun li fl-aħħar mill-aħħar jiddeċiedu jekk jimxux lejn futur Ewropew ikkaratterizzat mill-istabbiltà u l-prosperità.

Ta' kull sena madwar €800m imorru għall-Balkani tal-Punent sabiex dawn jippreparaw għas-sħubija fl-UE  – ras imb'ras aktar minn kwalunkwe reġjun ieħor fid-dinja – u dan se jitkompla sa l-2011. Proporzjon qawwi minn dawn il-fondi issa se jibda jmur għal attivitajiet tas-'soċjetà ċivili' - tredjunjins, organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, assoċjazzjonijiet tan-nisa u taż-żgħażagħ. Konferenza li tenfasizza rwol is-soċjetà ċivili f'dan ir-reġjun hija pjanata għas-17-18 ta' April.

Il-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent dwar il-kummerċ, l-enerġija u t-trasport ilha tiġi appoġġata mill-UE, imma mnn din il-ġimgħa hemm inizjattivi oħra ġodda fuq il-mejda tad-diskussjonijiet, inklużi ir-risponsi bejn pajjiż u ieħor English fil-każ ta' diżastri bħan-nirien tal-foresti ta' l-2007.

Ir-rapporti tal-progress u l-istrateġija tat-tkabbir ta' l-UE English (en) français (fr)

Il-benefiċċji ta' l-espansjoni ta' l-UE fl-2004 Deutsch (de) English (en)

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli