Mogħdija tan-navigazzjoni

L-għajnuna ta' l-ikel mill-UE se timla l-platt ta' miljuni - 04/03/2008

Folla ta' refuġjati Afrikani

Hu mistenni li madwar 18.7 miljun mill-aktar nies vulnerabbli fid-dinja se jibbenefikaw mill-aħħar deċiżjoni ta' l-UE dwar l-għajnuna alimentari.

Id-dipartiment ta' l-għajnuna umanitarja Englishfrançais tal-Kummissjoni laħaq rekord meta alloka €160m għall-għajnuna ta' l-ikel biex jgħin persuni li jħabbtu wiċċhom ma' nuqqas konsiderevoli fil-provvista – fl-Afrika, l-Ażja, il-Kawkażu u l-Lvant Nofsani.

"Kull ma jmur, il-persuni vulnerabbli f'ħafna mill-ifqar pajjiżi tad-dinja qed ikunu esposti għal diżastri naturali, kunflitti u pressjonijiet ekonomiċi li malajr jistgħu jwasslu għal sitwazzjonijiet fejn il-persuni jmutu bil-ġuħ. L-Unjoni Ewropea għandha rwol essenzjali li tipprovdilhom għajnuna alimentari u terġa' tiġġenera l-produzzjoni alimentari", spjega l-Kummissarju għall-iżvilupp u l-għajnuna umanitarja Englishfrançais Louis Michel.

L-għajnuna alimentari se tiffoka fuq iż-żoni l-aktar milquta. S'issa ġiet identifikati17-il żona prijoritarja. Dawn jinkludu: il-Burundi, il-Kenja, in-Nepal, l-Afganistan, il-Kolombja, is-Sudan, iċ-Ċad, is-Somalja, ix-Xatt tal-Punent u l-Istrixxa ta' Gaża. L-għajnuna se tinvolvi:

· id-distribuzzjoni ta' l-għajnuna alimentari lil persuni li jinsabu f'sitwazzjoni perikoluża wara xi diżastru naturali, epidemija jew kunflitt armat

· l-assistenza għall-irkupru nutrizzjonali ta' gruppi vulnerabbli f'sitwazzjonijiet ta' kriżi, b'attenzjoni speċjali lejn it-tfal taħt il-ħames snin u ommijiethom

· ir-ristabbiliment tal-livell ta' għajxien tal-komunità rurali permezz tal-programm "ikel għax-xogħol"

· il-ġenerazzjoni mill-ġdid ta' livelli ta' għajxien bażiċi ta' persuni vulnerabbli li qed jirritornaw lejn darhom jew qed jistabbilixxu ruħhom mill-ġdid wara xi kriżi

Il-biċċa l-kbira tal-proġetti se jiġu implimentati permezz tal-programm dinji ta' l-ikel tan-NU. Waqt attivitajiet oħra dwar in-nutrizzjoni u s-sigurtà ta' l-ikel fuq medda ta' żmien qasir, l-UE se taħdem mas-Salib l-Aħmar u organizzazzjonijiet oħra mhux governattivi.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli