Mogħdija tan-navigazzjoni

Aktar għajnuna għall-vittmi tad-diżastri fl-2008 - 08/01/2008

Kamp tar-rifuġjati Afgani - 2001 © EC/ECHO

L-UE se tkompli tkun minn ta' quddiem nett fl-għajnuna umanitarja billi warrbet €370m għall-vittmi tad-diżastri madwar id-dinja.

Ta' kull sena, miljuni ta' nies madwar id-dinja jbatu minħabba l-kriżijiet, li jvarjaw minn diżastri naturali sa kunflitti armati. Fi kliem il-Kummissarju responsabbli mill-għajnuna umanitarja Louis Michel Englishfrançais, "Nistgħu nwasslu l-għajnuna fejn hija meħtieġa bla ebda dewmien."

Din is-sena, il-Kummissjoni se twarrab kważi €370 sabiex tgħin l-aktar vittmi tad-diżastri vulnerabbli fid-dinja. Il-biċċa l-kbira tal-fondi se jintużaw biex il-vittmi jiġu protetti, mitmugħa u mlibbsa, filwaqt li jiġu provduti b'saqaf fuq rashom, kura tas-saħħa u l-ħtiġijiet sanitarji. Biss biss, 'il fuq minn 18.5m persuna mistennija jibbenefikaw mill-baġit riżervat għall-assistenza fl-ikel (€160). Fondi oħra se jitqassmu lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw, fosthom l-Afganistan u l-Uganda.

Id-dipartiment ta' l-UE għall-għajnuna umanitarja Englishfrançais (ECHO) huwa l-akbar fornitur fid-dinja ta' għajnuna liż-żoni milquta mid-diżastri.  Per eżempju, is-servizz tiegħu msejjaħ ECHO Flight Englishfrançais (b'baġit ta' €8m) iwassal l-għajnuna u l-evakwazzjoni ta' emerġenza f'inħawi remoti li jistgħu jintlaħqu biss bil-mezzi ta' l-ajru. Fl-interventi tiegħu madwar id-dinja, id-dipartiment jaħdem ma' xi 200 imsieħeb li jinkludu organizzazzjonijiet non-governattivi u aġenziji speċjalizzati tan-NU u s-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar/in-Nofs Qamar l-Aħmar.

Fl-2007, il-Kummissjoni nefqet €220 fuq għajnuna ta' emerġenza f'dak li huwa ikel u f'appoġġ fuq medda qasira ta' żmien f'aktar minn 30 pajjiż madwar id-dinja.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli