Mogħdija tan-navigazzjoni

Żur l-UE hekk kif tiftaħ il-bibien tagħha għall-pubbliku – is-17 ta’ Mejju 2014 - 16/05/2014

Il-bandiera tal-UE tittajjar quddiem il-bnadar nazzjonali tal-pajjiżi tal-UE

Biex jiċċelebraw Jum l-Ewropa, l-istituzzjonijiet tal-UE se jiftħu l-bibien tagħhom għall-pubbliku f'Mejju. Ingħaqad fiċ-ċelebrazzjonijiet bi żjarat bi gwida, dibattiti u kunċerti, jew billi tieħu sehem onlajn.

Sabiex jikkommemoraw Jum l-Ewropa, fid-9 ta' Mejju, u fit-tħejjija għall-elezzjonijiet Ewropej , l-istituzzjonijiet tal-UE fi Brussell se jilqgħu lill-viżitaturi dan ix-xahar.

Fis-17 ta' Mejju, mur wara l-kwinti fi Brussell fl-istituzzjonijiet, inklużi

  • il-Kummissjoni Ewropea, li tistabbilixxi l-objettivi u l-prijoritajiet tal-UE u tipproponi l-leġiżlazzjoni
  • il-Parlament Ewropew, wieħed mill-akbar assemblei demokratiċi fid-dinja
  • il-Kunsill Ewropew, fejn il-Kapijiet tal-Istat u l-Gvernijiet tat-28 pajjiż tal-UE jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom.

Il-viżitaturi jistgħu jitgħallmu aktar dwar l-UE u x’jagħmlu l-istituzzjonijiet tagħha — b'firxa li tvarja mill-għajnuna umanitarja għall-azzjoni fuq it-tisħin globali — u jgawdu minn wirjiet, drammi, sessjonijiet ta' ħidma u bosta attivitajiet għall-adulti u għat-tfal.

Se jkun disponibbli servizz bla ħlas ta' trasport li se jieħu lill-viżitaturi minn ċentru għall-ieħor. Tista’ wkoll tipparteċipa f'mixja ta' tliet sigħat madwar Brussell biex tiskopri l-belt, jew tingħaqad fiċ-ċelebrazzjonijiet onlajn bil-hashtag #EUopendoors.

Niċċelebraw l-Ewropa

Il-Jum Miftuħ tal-UE huwa parti miċ-ċelebrazzjonijiet annwali ta' Jum l-Ewropa - ċelebrazzjoni ta' paċi u libertà fl-Ewropa li tenfasizza l-unjoni ta' 28 pajjiż b'aktar minn 500 miljun ċittadin.

F’Mejju, jiġu organizzati ċelebrazzjonijiet mal-Ewropa kollha biex ifakkru l-anniversarju tad-diskors mogħti fid-9 ta’ Mejju 1950 minn Robert Schuman, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Franċiż ta’ dak iż-żmien. Schuman tkellem dwar il-ħsieb tiegħu għal forma ġdida ta’ politika ta' kooperazzjoni li twassal biex il-gwerra bejn nazzjonijiet Ewropej tkun xi ħaġa li lanqas biss tgħaddi minn moħħna.

Id-diskors tiegħu stabbilixxa l-pedamenti għall-Unjoni Ewropea billi indirizza lil Franza, il-Ġermanja u pajjiżi oħra biex jgħaqqdu flimkien il-produzzjoni tagħhom tal-faħam u l-azzar.

L-elezzjonijiet li jmiss tal-UE se jsiru fit-22 u l-25 ta’ Mejju.

Jum il-Bibien Miftuħa tal-UE 2014 PDFDeutschEnglish

Il-Bibien Miftuħa tal-UE fuq Facebook English

L-elezzjonijiet Ewropej tal-2014

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli