Mogħdija tan-navigazzjoni

Ewropa Magħquda, Miftuħa u Aktar b’Saħħitha – Il-Kummissjoni Ewropea “Rekord ta' Kisbiet 2010-2014” - 25/04/2014

Il-membri tat-tim ta’ Kummissarji tal-UE attwali

X’għamlet il-Kummissjoni Ewropea għalik fl-aħħar ħames snin? Illum, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat ġabra ta’ wħud mill-kisbiet ewlenin li wasslet liċ-ċittadini u n-negozji mal-Ewropa kollha matul l-aħħar ħames snin.

Fil-fuljett onlajn li ġie ppubblikat illum, il-President Barroso jagħti ħarsa ġenerali lejn il-kisbiet ewlenin tal-mandat attwali u kull Kummissarju jagħti tliet eżempji konkreti tal-valur miżjud li l-Kummissjoni Ewropea pprovdiet fil-portafoll tiegħu jew tagħha.

Il-President Barroso qal:

"F’dan iż-żmien ta’ bidla, ix-xenarju ta' żamma tal-istatus quo ma baqax għażla. Jekk il-ħames snin qabel il-bidu ta' din il-Kummissjoni kienu definiti minn kwistjonijiet kostituzzjonali li ġew formalment solvuti bl-introduzzjoni tat-Trattat ta' Lisbona, dawn il-ħames snin kienu kkaraterizzati mit-theddida tal-kriżi finanzjarja u dik tad-dejn sovran. Quddiem dawn l-isfidi, nistgħu nħossuna kburin ferm li żammejna lill-Ewropa magħquda, miftuħa u għamilnieha aktar b'saħħitha għall-futur.

"Magħquda", għax irnexxielna nżommu l-Ewropa flimkien u saħansitra kabbarniha minkejja l-pressjonijiet fuq il-pajjiżi tagħna; "miftuħa", għax ħdimna mal-imsieħba internazzjonali tagħna permezz tal-G20 biex iddefinixxejna reazzjoni globali, bqajna nippromwovu l-kummerċ fl-Unjoni Ewropea u mad-dinja kollha bħala mezz ta' tkabbir, u żammejna l-impenji tagħna mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw; "aktar b'saħħitha", għax issa qed jiġu implimentati r-riformi ekonomiċi meħtieġa mal-Ewropa kollha u l-governanza ekonomika ġiet rinforzata, b'mod partikolari fiż-żona tal-Euro, biex nagħmlu l-ekonomiji tal-Ewropa aktar ippreparati għall-globalizzazzjoni."

Sfond

Il-Kummissjoni Ewropea magħmula minn 28 Kummissarju ħadet il-kariga fl-10 ta’ Frar 2010. Il-mandat tagħha jibqa’ jgħodd sal-31 ta’ Ottubru 2014.

Rekord ta’ kisbiet DeutschEnglishfrançais

Kummissjoni Ewropea 2010-14

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli