Mogħdija tan-navigazzjoni

Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew — semma' leħnek - 01/04/2014

Il-bini tal-Parlament Ewropew fi Strasburgu jidher minn fuq dgħajsa bil-bandiera Ewropea © EU

In-nominazzjonijiet tal-partiti politiċi u dibattiti madwar l-UE jippruvaw iżidu l-parteċipazzjoni u jagħtu liċ-ċittadini aktar sehem fit-tfassil tad-direzzjoni futura tal-Unjoni Ewropea.

Bejn it-22 u l-25 ta' Mejju, iċ-ċittadini tal-UE se jintalbu jtellgħu l-Parlament Ewropew il-ġdid biex jirrappreżentahom għall-ħames snin li ġejjin. U għall-ewwel darba, il-partiti politiċi eletti se jaħtru l-kandidati tagħhom għall-presidenza tal-Kummissjoni.

Il-parteċipazzjoni tal-votanti

Skont it-Trattat ta’ Liżbona, il-gvernijiet tal-UE issa jikkunsidraw ir-riżultati tal-elezzjonijiet Ewropej meta jipproponu l-President il-ġdid tal-Kummissjoni. Dan Il-President imbagħad ikollu jiġi elett mill-Parlament Ewropew.

Dan il-metodu mhux biss se jtejjeb il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet Ewropej iżda wkoll jagħti liċ-ċittadini aktar influwenza fid-direzzjoni futura tal-UE.

Il-kandidati issa qegħdin jagħtu b'mod attiv l-appoġġ fit-tħejjija tal-elezzjonijiet, simili għal kif isiru l-elezzjonijiet nazzjonali. Hemm tama li dan se jħeġġeġ lin-nies biex jiksbu aktar informazzjoni dwar kwistjonijiet tal-UE u jkunu aktar involuti fil-proċess politiku.

Il-pubbliku jingħata vuċi

Matul l-aħħar 18-il xahar il-Kummissjoni organnizzat 'il fuq minn 50 Djalogu taċ-Ċittadini madwar l-Ewropa, bil-għan li terġa' tikseb il-fiduċja fl-istituzzjonijiet Ewropej u nazzjonali, billi tinforma lin-nies dwar dak li tagħmel l-UE, u tiżgurahom li leħen il-poplu jgħodd.

Aktar minn 16,000 ċittadin ġew għal dawn id-dibattiti, filwaqt li 105,000 oħra pparteċipaw onlajn. Fid-dibattiti pparteċipaw politikanti Ewropej, nazzjonali u lokali — u r-reazzjonijiet u l-kontribut mill-pubbliku se jgħin biex jiggwida l-pjan tal-Kummissjoni għal riformi futuri tal-UE.

Il-passi li jmiss

Biex twieġeb il-mistoqsijiet u s-suġġerimenti li saru fid-djalogi taċ-Ċittadini, il-Kummissjoni ppubblikat it-tieni Rapport tagħha dwar iċ-ċittadinanza tal-UE , li jippreżenta 12-il miżura konkreta ġdida li jirrispondu għat-tħassib tal-poplu, bħat-tneħħija tal-ostakli għall-ħaddiema u l-istudenti, u t-tnaqqis ta' burokrazija żejda.

Għad fadal xi sfidi, bħas-sejħiet tal-Kummissjoni għal ġurnata ta’ votazzjoni waħda għall-Ewropa kollha, u li l-partiti politiċi juru l-affiljazzjonijiet tal-partiti Ewropej tagħhom dwar il-votazzjonijiet. Din tal-aħħar se tkun teħtieġ bidliet fir-regoli elettorali f’xi pajjiżi membri fejn mhux permess li jintwerew l-ismijiet u l-logos ta’ partiti politiċi Ewropej.

Stqarrija għall-istampa — elezzjonijiet Ewropej — tisħiħ tal-parteċipazzjoni 

Stqarrija għall-istampa — id-dibattitu dwar il-ġejjieni tal-Ewropa 

Skeda informattiva — elezzjonijiet Ewropej aktar demokratiċi English 

Elezzjonijiet Ewropej 2014 

Kif jaħdem il-Parlament Ewropew

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli