Mogħdija tan-navigazzjoni

Ingħaqad mad-dibattitu dwar il-ġejjieni tal-UE fis-27 ta' Marzu - 24/03/2014

Mara żagħżugħa tgħolli jdha biex titkellem f'avveniment tad-Djalogu taċ-Ċittadini

Fis-27 ta’ Marzu, aktar minn 150 ċittadin tal-UE se jkunu fi Brussell biex jiddiskutu l-ġejjieni tal-Ewropa, fuq stedina tal-UE. Biex tinvolvi ruħek fid-dibattitu, ibgħat il-mistoqsijiet u l-kummenti tiegħek fuq Facebook u fuq Twitter - #EUdeb8.

Id-dibattitu jsegwi d-diskussjonijiet mal-Kummissarji Ewropej organizzati fil-pajjiżi kollha tal-UE minn Settembru 2012 'l hawn. Għalihom attendew aktar minn 15,000-il ruħ, dawn ippermettew liċ-ċittadini jesprimu fehmiethom dwar il-ġejjieni ekonomiku u l-iżvilupp politiku tal-Ewropa qabel l-elezzjonijiet Ewropej f’Mejju.

3 parteċipanti minn kull wieħed minn dawn id-diskussjonijiet se jieħdu sehem f’dibattiti matul il-ġurnata fi Brussell. It-temi se jinkludu

  • id-drittijiet taċ-ċittadini
  • l-għelib tal-kriżi
  • it-tibdil fil-klima
  • il-preokkupazzjonijiet tal-konsumaturi li jaffettwaw il-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini.

Id-dibattitu finali se jlaqqa' lil kulħadd mal-President tal-Kummissjoni José Manuel Barroso mill-4 pm sal-5 pm CET. Tista' tara l-avveniment dirett permezz tal-webstream English (en) u tingħaqad mal-midja soċjali.

Djalogi taċ-ċittadini

L-2013 kienet is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini, li pprovat tiffamiljarizza lin-nies ma' drittijiethom bħala ċittadini tal-UE. Saru djalogi mal-Ewropa kollha, li għamluha possibbli għaċ-ċittadini tal-UE li jesprimu t-tamiet u l-aspirazzjonijiet tagħhom għall-ġejjieni u li jagħtu fehmiethom dwar id-direzzjoni li għandha tieħu l-UE. Dawn komplew fl-2014.

Fi stħarriġ li sar waqt id-dibattiti, 51% ħasbu li l-Ewropa se toħroġ aktar b'saħħitha mill-kriżi, filwaqt li 74% xtaqu unjoni politika eqreb. 88% kienu favur li jsiru aktar dibattiti.

L-opinjonijiet espressi miċ-ċittadini se jgħinu biex jiggwidaw il-pjanijiet għal riformi ġejjiena tal-UE. F'sena elettorali, hu partikularment importanti għaċ-ċittadini li jkollhom sehem dirett fid-dibattitu.

Stqarrija għall-istampa – Id-Dibattitu dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa

Id-Dibattitu dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa English (en)

Id-dibattu dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa - Live Webstream English (en)

Il-Kummissjoni Ewropea fuq Twitter - @EU_Commission

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli