Mogħdija tan-navigazzjoni

Noħorġu nivvotaw għall-elezzjonijiet Ewropej - 10/01/2014

Parti mill-bini tal-Parlament Ewropew.

L-elezzjonijiet f'Mejju għal Parlament Ewropew imsaħħaħ se tara votanti mit-28 pajjiż kollha tal-UE jagħżlu politiċi biex jirrappreżentawhom għall-5 snin li ġejjin.

Setgħat ġodda sostanzjali mogħtija lill-Parlament fl-2009 għandhom jagħmlu l-elezzjonijiet tar-rebbiegħa li ġejja l-aktar impenjattivi minn meta bdew l-elezzjonijiet diretti għall-assemblea fl-1979.

Bidla f’bilanċ tal-poter tal-UE lejn il-Parlament tfisser li waħda mill-ewwel ħidmiet tal-parlamentari Ewropej il-ġodda li jiġu eletti se tkun li jagħżlu l-President il-ġdid tal-Kummissjoni Ewropea.

Is-sistema l-ġdida, imnaqqxa fit-Trattat ta' Lisbona , tirrekjedi lill-kapijiet u l-gvernijiet tal-pajjiżi tal-UE jinnominaw kandidat skont ir-riżultati tal-elezzjoni. Dan ifisser li l-Parlament ukoll se jkollu influwenza akbar dwar l-għażla ta’ Kummissarji.

L-involviment tal-votanti

Bidla relatata fl-elezzjonijiet ta' Mejju hija li din se tkun l-ewwel darba li gruppi politiċi se jressqu kandidati għall-kariga ta’ President tal-Kummissjoni.

Il-partit xellug-ċentrali tas-Soċjalisti Ewropej (PES) diġà għażel lil Martin Schulz, MEP Ġermaniż – il-President attwali mal-Parlament – bħala l-kandidat uffiċjali tagħhom għall-post.

L-Alleanza ċentrista tal-Liberali u d-Demokratiċi għall-Ewropa (ALDE) se tagħżel ix-xahar id-dieħel bejn il-Finlandiża Olli Rehn, Kummissarju tal-UE u l-eks Prim Ministru tal-Belġju Guy Verhofstadt.

Sadanittant, madwar nofs tużżana kandidati — inklużi 4 Prim Ministri (kemm attwali kif ukoll eks) – qed jikkompetu biex jintagħżlu mil-Partit Popolari Ewropew (PPE) li jxeqleb lejn iċ-ċentru lemin. Id-deċiżjoni mistennija ssir f’Marzu.

Il-Ħodor se jagħżlu l-kandidat tagħhom, kandidati minn lista ta’ 4, permezz ta’ primarja onlajn.

Il-ġlieda kontra l-apatija tal-votanti

Huwa ttamat il-bidliet se jgħinu biex jiġġeneraw interess akbar fl-elezzjonijiet u titreġġa’ lura xejra ta' ammont baxx ta' votanti, li niżel għal 43% tal-elettorat fl-2009.

Fi stħarriġ pubbliku tal-opinjonijiet li sar is-sena li għaddiet, ħareġ li 62% ta’ dawk li ġew intervistati jaħsbu li l-fatt li l-kandidati għall-President tal-Kummissjoni jkunu marbutin ma' partit kif ukoll li l-elezzjonijiet isiru fl-istess jum fl-Ewropa kollha għandu jiżdied l-għadd ta’ nies li joħorġu jivvutaw.

Is-sistema l-ġdida tfisser li l-votanti Ewropej, għall-ewwel darba, ikollhom influwenza diretta li jaħtru l-mexxej li jmiss tal-Kummissjoni, u dan għandu jżid il-leġittimità demokratika tal-Unjoni.

elezzjonijiet 2014

Kif jaħdem il-Parlament Ewropew

Parlament Ewropew

L-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew - inħeġġu lin-nies joħorġu jivvutaw

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli