Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-Greċja tieħu f'idejha t-tmun tal-Unjoni Ewropea - 07/01/2014

Il-lowgo tal-presidenza Griega

It-tkabbir, l-impjiegi u l-promozzjoni tal-koeżjoni soċjali se jkunu l-prijoritajiet tal-Greċja matul il-presidenza ta' 6 xhur tagħha tal-UE, li bdew fl-Ewwel tas-Sena.

Il-prijoritajiet ewlenin tal-presidenza Griega huma

• is-sejba ta' soluzzjoni għall-problema kbira ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ
• iż-żieda tad-disponibilità ta' kreditu għan-negozji żgħar u ta' daqs medju.

L-għanijiet l-oħrajn tagħha jinkludu t-titjib tal-governanza ekonomika fiż-żona tal-euro u l-konklużjoni tan-negozjati fil-fażi li jmiss tal-unjoni bankarja. L-għan ewlieni hawnhekk hu li tiġi evitata ripetizzjoni tal-kriżi finanzjarja reċenti.

Il-Greċja trid ukoll li tiżdied l-azzjoni tal-UE dwar il-migrazzjoni illegali u li jsiru tibdiliet fl-istrateġija tal-UE fil-oqsma tal-affarijiet marittimi u tal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta. Kwistjoni oħra fuq l-aġenda hi li jintlaħaq ftehim dwar l-użu ta’ bijofjuwils tal-ewwel ġenerazzjoni u tal-gass tax-shale.

Samit importanti mal-pajjiżi Afrikani hu skedat li jsir matul il-presidenza Griega, u wieħed jittama li jsir progress dwar il-ftehim tas-sajd mal-Marokk.

Aġenda ippakkjata

Il-Grecja tassumi l-presidenza tal-UE fi żmien partikularment movimentat, billi l-ftehimiet dwar firxa wiesgħa ta' kwistjonijiet huma meħtiġin qabel it-tmiem tal-Parlament Ewropew attwali f'April. Elezzjonijiet diretti għal Parlament se jsegwu fi 28 pajjiż kollha kemm huma f'Mejju, u wara tingħażel Kummissjoni ġdida.

Matul is-6 xhur li ġejjin, il-Greċja se tippresiedi mijiet ta' laqgħat formali u informali, tipprovdi tmexxija għal negozjati kumplessi u tospita 13-il kunsill ministerjali f'Ateni.

F’dawn l-aħħar xhur il-Greċja ħadmet mill-qrib flimkien mal-Litwanja, li kellha l-presidenza tal-UE għat-tieni nofs tal-2013. F’Lulju 2014 il-Greċja se tgħaddi l-presidenza lill-Italja, li se tagħti merħba lill-membri ġodda tal-Parlament u lill-Kummissjoni.

Il-presidenza Griega DeutschελληνικάEnglishfrançais

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli