Mogħdija tan-navigazzjoni

Logo bil-kliem “L-Unjoni Ewropea – Rebbieħa tal-Premju Nobel għall-Paċi 2012" @ EU

L-UE użat il-flus tal-Premju Nobel biex tgħin fl-edukazzjoni ta' tfal milqutin minn gwerer.

Fl-2012 l-UE rċeviet il-Premju Nobel għall-Paċi għall-ħidma tagħha favur il-paċi, ir-rikonċiljazzjoni, id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem fl-Ewropa. L-UE ddeċediet li tagħti l-flus tal-premju lil tfal li huma mċaħħdin mill-opportunità li jikbru fil-paċi.

Minn madwar 75 miljun tifel u tifla li ma jattendux skola mad-dinja kollha, nofshom jgħixu f’żoni ta’ kunflitt. Madankollu, l-għajnuna umanitarja għall-edukazzjoni għad għandha nuqqas serju ta' finanzjament. Għalhekk l-UE ddeċidiet li tappoġġa proġetti edukattivi ta' emerġenza madwar id-dinja.

L-UE tat aktar mid-doppju tal-ammont tal-Premju Nobel (€930,000), jiġifieri €2 miljun. Bħala riżultat, aktar minn 28,000 tifel u tifla s’issa bbenefikaw minn erba’ proġetti magħżulin s-sena li għaddiet.

Il-proġetti "Tfal ta’ Paċi" tal-UE

Il-proġetti jimmiraw li jagħtu appoġġ edukattiv u jiġu implimentati flimkien ma għaqdiet umanitarji msieħba tal-UE: fl-Iraq ma' ACTED, fil-Pakistan mal-UNICEF, fil-Kolumbja u fl-Ekwador mal-UNHCR u fl-Etjopja u fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo ma' Save the Children u mal-Kunsill Norveġiż għar-Refuġjati.

Fl-Iraq il-proġett jippermetti lil refuġjati żgħażagħ mis-Sirja bl-età bejn 5 snin u l-15-il sena biex jipparteċipaw f’attivitajiet ta’ rikreazzjoni u terapewtiċi b'superviżjoni.

Biex tappoġġa r-refuġjati Somali, Sudaniżi u mill-Eritrea fl-Etjopja, madwar €500,000 intefqu għall-bini ta’ spazji edukattivi sikuri, ir-riabilitazzjoni ta’ klassijiet eżistenti kif ukoll id-distribuzzjoni ta’ basktijiet tal-iskola, kittijiet għall-għalliema u settijiet ta' rikreazzjoni.

Il-passi li jmiss

Bħala wirt politiku dejjiemi tal-Premju Nobel għall-Paċi, u bħala għodda mmirata lejn edukazzjoni f’żoni ta’ kunflitt, l-UE se tkompli din l-inizjattiva fis-snin li ġejjin.

Għall-2014, l-UE reġgħet irduppjat ir-riżorsi, bl-allokazzjoni ta' €4 miljun oħra biex ikopru kemm proġetti eżistenti kif ukoll ġodda, li se jibbenefikaw minnhom aktar minn 80,000 tifel u tifla milqutin minn gwerra.

Stqarrija għall-istampa – Tfal ta' Paċi tal-UE: wirt dewwiemi tal-Premju Nobel għall-Paċi li jgħin eluf ta' tfal madwar id-dinja. English

Minn gwerra għal paċi – Storja Ewropea pdf - 498 KB [498 KB] Deutsch (de) English (en) français (fr)

Il-proġetti "Tfal ta’ Paċi" tal-UE Englishfrançais

Il-Premju Nobel għall-Paċi tal-UE

Il-premju nobel għall-paċi qed jingħata ... lill-Ewropej

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli