Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-programm ta’ ħidma 2014 – It-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi fuq nett fl-aġenda - 29/10/2013

Il-bandiera Ewropea quddiem il-Kwartieri Ġenerali tal-Kummissjoni – il-bini ta' Berlaymont © EU

Il-pjanijiet tal-Kummissjoni għall-2014 se jiffokaw fuq it-tkabbir ekonomiku fl-UE, ir-ritorn tan-nies lejn ix-xogħol u sforz biex jiġu implimentati l-proposti pendenti.

Madwar 29 inizjattiva se jiġu ppreżentati fis-sena li ġejja, u parti kbira minnhom se jkunu relatati mar-reviżjonijiet tar-regoli eżistenti tal-UE. Oħrajn se jiffokaw fuq l-immodernizzar ta' oqsma bħar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, il-politika industrijali u t-tlestija tas-suq uniku.

Il-prijorità ewlenija se tibqa’ t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi, b’enfasi partikolari fuq il-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ u l-iffaċilitar tal-aċċess għall-finanzi. Il-prijoritajiet ewlenin matul is-sena li ġejja jinkludu:

  • it-tlestija tal-unjoni bankarja u passi importanti lejn it-twettiq ta’ unjoni ekonomika u monetarja ġenwina
  • miżuri biex jiżdied l-investiment, jippromwovu l-impjiegi u l-inklużjoni soċjali u jiġġieldu kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ permezz tal-iskema ta’ Garanziji għaż-Żgħażagħ
  • spinta lill-kompetittività permezz ta' suq uniku Deutsch (de) English (en) français (fr) integrat għal kollox li jkopri t-telekomunikazzjonijiet, l-enerġija u t-trasport u l-promozzjoni ta' użu wiesa’ ta’ servizzi diġitali biex jiġu modernizzati l-amministrazzjonijiet pubbliċi
  • Ewropa konnessa – inizjattivi f’oqsma bħall-ferroviji, l-ajruporti, il-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u l-portijiet se jiftħu opportunitajiet ġodda u jżidu l-kompetittività
  • il-ħarsien taċ-ċittadini tal-UE – it-tisħiħ tal-kooperazzjoni nazzjonali u l-applikazzjoni tar-regoli tal-UE se jkunu essenzjali fil-ġlieda kontra l-kriminalità, il-korruzzjoni, it-theddida tat-terroriżmu u biex jiġi żgurat ir-rispett tad-drittijiet fundamentali
  • reazzjoni quddiem l-isfidi globali permezz ta’ kooperazzjoni mal-ġirien u sħab strateġiċi, u t-tisħiħ tar-rwol tal-UE bħala kontributur ewlieni fid-dinja għall-għajnuna għall-iżvilupp.

Se jiġu ppreżentati r-regoli legali l-ġodda dwar l-adeżjoni tal-UE għall-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, ir-riforma tal-uffiċċju tal-UE kontra l-frodi, il-ġestjoni ta’ kriżijiet għall-istituzzjonijiet finanzjarji minbarra l-banek, u l-politika tal-UE dwar l-iskart.

Kmieni fl-2014, il-prijorità se tkun li tiġi finalizzata serje ta' proposti eżistenti qabel l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Il-Kummissjoni se taħdem ukoll mal-gvernijiet nazzjonali biex jibdew joperaw għadd ta’ regoli ġodda diġà miftiehma fil-livell tal-UE.

Il-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni 2014 pdf - 85 KB [85 KB] български (bg) čeština (cs) dansk (da) Deutsch (de) eesti keel (et) ελληνικά (el) English (en) español (es) français (fr) hrvatski (hr) italiano (it) latviešu valoda (lv) lietuvių kalba (lt) magyar (hu) Nederlands (nl) polski (pl) português (pt) română (ro) slovenčina (sk) slovenščina (sl) suomi (fi) svenska (sv)

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli