Mogħdija tan-navigazzjoni

Tweġiba tal-Kunsill Ewropew dwar it-traġedja f'Lampedusa - 25/10/2013

President Barroso © il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Fid-dikjarazzjoni tiegħu wara l-Kunsill Ewropew ta’ Ottubru, il-President Barroso spjega d-diskussjonijiet dwar l-aċċess għall-finanzi għall-SMEs, l-idoneità regolatorja, il-ftehim kummerċjali mal-Kanada, is-Samit li ġej dwar is-Sħubija tal-Lvant, u l-kwistjoni tal-immigrazzjoni u r-refuġjati.

Nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Ottubru, il-Kunsill Ewropew kompla d-diskussjoni dwar is-sitwazzjoni ekonomika, li tiffoka fuq kif tista’ tiġi rilaxxata kontribuzzjoni akbar ta’ servizzi għall-ekonomija b’mod partikolari billi żżid l-aċċess għall-finanzi għall-SMEs. Il-mexxejja qablu li jżidu b’mod sinifikanti l-finanzjament għall-SMEs permezz ta' fondi strutturali u ta’ investiment.

Il-Kunsill Ewropew ta approvazzjoni qawwija għall-programm REFIT tal-Kummissjoni. Il-President Barroso saħaq dwar l-importanza ta’ regoli komuni wara s-suq uniku, u qal li l-programm REFIT jittratta l-kwalità ta’ dawk ir-regoli biex jiġi żgurat li dawn ikunu xierqa għall-iskop u jimponu l-inqas piżijiet possibbli. L-Ewropa għandha taġixxi biss fejn tkun tista’ żżid valur reali, u għandha tieħu azzjoni ewlenija fi kwistjonijiet ewlenin biss.

Il-Kunsill Ewropew laqa’ l-ftehim politiku dwar CETA, il-Ftehim Kummerċjali mal-Kanada, u ddiskuta fid-dettall is-Samit li jmiss dwar is-Sħubija tal-Lvant f’Vilnius, il-Litwanja. Il-President Barroso qal li dan kellu l-potenzjal ikun avveniment storiku minħabba li l-għan komuni ta’ assoċjazzjoni politika u ta’ integrazzjoni ekonomika mal-imsieħba tal-Lvant wasal biex jinkiseb. Il-Kunsill Ewropew iddiskuta r-relazzjonijiet mal-Ukraina, il-Moldova u l-Ġeorġja. Huwa ċar li l-impenn kontinwu se jibqa' kruċjali wara s-samit ta’ Vilnius.

Fl-aħħar nett, forsi l-aktar diskussjoni sostantiva dwar is-samit kienet dwar Lampedusa u l-kwistjoni tal-migrazzjoni illegali u tar-refuġjati fl-Ewropa. Din mhix problema ġdida u l-UE ilha taħdem fuq dawn il-kwistjonijiet għal bosta snin, iżda hemm sens ġdid ta’ urġenza fid-dawl tat-traġedji reċenti. Il-Kummissjoni se tmexxi task force dwar din il-kwistjoni, u se tippreżenta rapport lill-Kunsill Ewropew f’Diċembru. Il-President Barroso irid rispons mill-Unjoni Ewropea biex tqawwi l-ħidmiet ta' tiftix u salvataġġ; biex tgħin l-Istati Membri fil-fruntieri l-aktar milquta mis-sitwazzjoni; biex taħdem mal-pajjiż minn fejn jiġu jew jgħaddu l-migranti biex jimmaniġġjaw il-flussi; u biex tiġġieled kontra l-kriminalità organizzata fit-traffikar tal-persuni.

Il-President Barroso kkonkluda li dan kien Kunsill Ewropew importanti b'aġenda vasta, u li sar progress reali f’bosta oqsma.

Dikjarazzjoni mill-President Barroso fl-aħħar konferenza stampa wara l-laqgħa tal-Kunsill Ewropew, 25 ta’ Ottubru 2013 English

Diskors mill-President Barroso waqt l-avveniment mal-mexxejja tal-UE dwar l-idoneità regolatorja, 24-25 ta’ Ottubru 2013 English

Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli