Mogħdija tan-navigazzjoni

Nibnu l-każ għall-Ewropa - 11/09/2013

Il-President Barroso

Fid-diskors tiegħu dwar l-Istat tal-Unjoni 2013, il-President Barroso għamel appell lil "dawk kollha li jinteressaw ruħhom fl-Ewropa, hi x'inhi l-pożizzjoni politika jew ideoloġika tagħhom, ġejjin minn fejn ġejjin, biex jitkellmu favur l-Ewropa."

Eżattament ħames snin wara l-waqgħa ta’ Lehman Brothers, id-diskors tal-President ifakkar dak li nkiseb minn dak iż-żmien 'l hawn. "Jekk inħarsu lura u naħsbu dwar dak li għamilna flimkien biex ngħaqqdu l-Ewropa matul il-kriżi, qatt ma konna se nobsru li dan kollu seta' jkun possibbli 5 snin ilu," hu kkonkluda, "L-importanti issa hu x'se naqbdu nagħmlu b'dan il-progress. Għandna nitkellmu dwaru b'mod li jidher aħjar milli hu, jew b'mod li jidher anqas milli hu? Nakkwistaw il-fiduċja minnu biex inkomplu dak li bdejna, jew inċekknu r-riżultati tal-isforżi tagħna?”

Il-President indika għadd ta’ ċifri u żviluppi reċenti li jagħtu lill-Ewropa raġuni tajba biex tkun fiduċjuża. "Għall-Ewropa," hu qal, "l-irkupru hu fil-qrib. Naturalment, irridu nżommu għajnejna miftuħin. Iżda kollox juri li qegħdin fit-triq it-tajba. Dan għandu jagħmlilna kuraġġ biex inkomplu bl-isforżi tagħna. Nafuh lil dawk li għalihom l-irkupru mhux daqshekk viċinhom, lil dawk li għadhom mhux qed jibbenefikaw minn żviluppi pożittivi. Nafuh lil 26 miljun persuna tagħna li jinsabu bla xogħol.”

Il-President Barroso appella għal aktar integrazzjoni Ewropea fid-dawl ta’ żviluppi globali: "Fid-dinja tagħna b'tibdil ġeoekonomiku u ġeopolitiku tettoniku, nemmen li flimkien biss, bħala Unjoni Ewropea, nistgħu nagħtu liċ-ċittadini tagħna dak li jixtiequ: li fi żmien il-globalizzazzjoni l-valuri, l-interessi u l-prosperità tagħna jibqgħu jiġu protetti u promossi.”

Il-mistoqsija li tħoll u torbot kollox fid-dibattitu li għaddej madwar l-Ewropa kollha, irraġnuna l-President Barroso hi: “Nixtiequ ntejbu l-Ewropa, jew nabbandunawha?”

“It-tweġiba tiegħi hi ċara,” żied jgħid: "Involvu ruħkom! Jekk l-Ewropa kif inhi ma togħġobkomx: tejbuha! Bħal kull sforz uman, l-UE mhix perfetta. Kontroversji dwar id-diviżjoni tax-xogħol bejn il-livelli nazzjonali u Ewropej qatt mhuma se jintemmu b’mod konklużiv. Mhux kollox jeħtieġlu soluzzjoni f'livell Ewropew. L-Ewropa għandha tiffoka fejn din tista’ trendi l-akbar valur. Ma għandhiex għaliex tindaħal fejn dan ma jkunx il-każ. L-UE teħtieġ li tkun akbar f'affarijiet kbar u iżgħar f'affarijiet żgħar.”

Fl-istess ħin hu għamilha ċara ħafna li x-xogħol għat-tisħiħ tal-unjoni ekonomika u monetarja jibqa’ validu daqs qatt qabel: "Jeżistu oqsma ta’ importanza kbira fejn l-Ewropa jeħtiġilha aktar integrazzjoni, aktar unità. Fejn Ewropa b’saħħitha biss tista’ tagħti riżultati. Unjoni politika jeħtieġ li tkun l-orizzont politiku tagħna. Din mhix biss ir-rikjesta ta' Ewropew b'entużjażmu kbir. Din hi t-triq indispensabbli 'l quddiem biex nikkonsolidaw il-progress tagħna u niżguraw il-ġejjieni.”

Id-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni 2013 mill-President Barroso

Ara d-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni Englishfrançais

L-ittra lil Martin Schultz President tal-Parlament Ewropew pdf - 302 KB [302 KB] English (en) mill-President Barroso

Vidjo (teaser) English (en)

Ara b'xandira diretta l-intervista fuq Euronews mal-President English (en) u Google+ Hangout maċ-ċittadini għada 12 ta' Settembru li tibda fit-08:30 pm:

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli