Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-ġejjieni tal-UE – issieħeb fil-konverżazzjoni - 13/08/2013

Il-Kummissarju Reding f’dibattitu f'Berlin © EU

Pożittiva jew negattiva, il-probabbiltajiet huma li għandek opinjoni dwar l-UE u l-politiki tagħha. Aqsam personalment dawn l-opinjonijiet, jew issieħeb f'konverżazzjoni onlajn.

Matul l-aħħar tmien xhur, il-Kummissarji kienu qed jieħdu sehem f’dibattiti miftuħa dwar il-ġejjieni tal-UE. Dawn id-diskussjonijiet ġew ospitati minn bliet kbar u żgħar minn naħa għal oħra tal-Ewropa – minn Varsavja fil-Polonja sa Cadiz fi Spanja.

B'tal-anqas 20 dibattitu li għad iridu jsiru, għad hemm żmien biex tagħmel il-mistoqsijiet tiegħek direttament lil wieħed mill-Kummissarji Ewropej – jew li tibgħat mistoqsijiet u ssegwi d-diskussjonijiet onlajn.

Issa hu ċ-ċans tiegħek li titkellem b'mod dirett mal-politiċi tal-UE dwar drittijietek, ix-xorta ta' Ewropa li tixtieq tgħix fiha, u l-aspettattivi tiegħek għall-UE.

Jekk li żżomm lilek innifsek aġġornat ma’ x'qed jgħidu dawk li jiffurmaw l-opinjonijiet u kummentaturi oħrajn dwar l-UE jappellalek aktar, agħti ħarsa lejn artikli reċenti dwar id-dibattitu li għaddej bħalissa.

Il-websajt jiġbor flimkien firxa wiesgħa ta’ opinjonijiet dwar il-ġejjieni tal-UE – janalizza pereżempju x'tifsira għandha l-espansjoni tal-UE fil-Balkani; iressaq ideat dwar iż-żamma ta' kuntatt mal-pubbliku; jew jipproponi viżjonijiet dwar ir-riforma tal-UE. Ara x’qed jgħid ħaddieħor, u żid il-kummenti tiegħek dwar artikli individwali.

Id-dibattiti qed iseħħu fl-isfond tas-Sena Ewropea taċ-Ċittadini. Avvenimenti matul is-sena qed jippromwovu ħafna mid-drittijiet li ġejjin maċ-ċittadinanza tal-UE, u jinkoraġġixxu d-djalogu bejn il-gvernijiet, in-negozji u l-individwi.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli