Mogħdija tan-navigazzjoni

Merħba, il-Kroazja! - 01/07/2013

Logħob tan-nar fuq qsim tal-fruntiera bejn il-Kroazja u s-Slovenja © Reporters

Il-Kroazja għadha kif saret it-28 pajjiż li jissieħeb fl-UE. Iċ-ċerimonja uffiċjali saret f’Zagreb fit-30 ta’ Ġunju u ċ-ċelebrazzjonijiet baqgħu għaddejjin sa tard billejl.

20 sena ilu biss, il-Kroazja kienet qed tissielet għall-indipendenza minn dik li kienet il-Jugoslavja. Għaxar snin ilu, il-pajjiż applika għal sħubija fl-UE. Illum, tissieħeb ma' 27 pajjiż ieħor f’unjoni politika u ekonomika li nħolqot fl-1958.

It-triq lejn is-sħubija mal-UE

Qabel ma ssieħbet mal-UE, il-Kroazja kellha tallinja ħafna mir-regoli u proċeduri amministrattivi tagħha għal dawk tal-UE. Pereżempju, irriformat kompletament is-sistema ġudizzjarja tagħha u biddlet il-kostituzzjoni biex tiggarantixxi l-indipendenza ta’ prosekuturi pubbliċi. Il-gvern stabbilixxa wkoll korp li jiġġieled il-korruzzjoni.

Riformi oħra inkludew l-iffissar ta’ limiti għall-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett serra u l-adattar ta' standards dwar is-sikurezza tal-ikel.

X’se jiggwadanjaw il-Kroati?

Il-Kroati issa jgawdu l-benefiċċji kollha taċ-ċittadinanza tal-UE. Jekk jimirdu f’pajjiż ieħor tal-UE, huma intitolati għall-istess kura tas-saħħa bħan-nies tal-lokali. Jekk ikollhom problemi b’ordni ta’ xiri onlajn, se jibbenefikaw mill-istandards tal-UE ta’ protezzjoni tal-konsumatur. Il-Kroati u t-tariffi tar-roaming għal telefonati lejn il-Kroazja minn pajjiż ieħor tal-UE issa huma ħafna inqas.

U xi ngħidu dwar in-negozji? Dawn se jikunu jistgħu jċaqilqu kapital bejn il-Kroazja u pajjiżi oħra tal-UE, u jieħdu vantaġġ mir-regoli li jiffaċilitaw il-pagamenti minn pajjiż għal ieħor. Ditti Kroati issa se jkunu jistgħu jissieħbu mal-kontropartijiet tagħhom tal-UE fl-offerti għal kuntratti pubbliċi madwar l-UE. U n-negozji ż-żgħar fil-pajjiż issa jistgħu jiksbu aċċess għall-finanzjament mill-Bank Ewropew tal-Investiment DeutschEnglishfrançais .

Il-Kroazja nfisha issa għandha wkoll aċċess għall-fondi tal-iżvilupp reġjonali tal-UE. Il-fondi strutturali u ta’ Koeżjoni tal-UE danskDeutschελληνικάEnglishespañolfrançaisitalianoNederlandsportuguêssuomisvenska se jgħinu lill-pajjiż jinvesti fir-riċerka u l-innovazzjoni, in-negozji ż-żgħar, l-impjiegi sostenibbli u l-inizjattivi li jindirizzaw in-nuqqas ta’ ħiliet u l-qgħad.

Il-finanzjament hu mmexxi mill-Kummissjoni Ewropea. Jekk ċittadin jew negozju Kroat jagħmel ilment kontra l-Kummissjoni — jew xi istituzzjonijiet u korpi oħra tal-UE — dawn jiġu investigati mill-Ombudsman Ewropew.

Introduzzjoni dwar il-Kroazja

Il-Kroazja hija pajjiż żgħir, b’popolazzjoni ta’ kważi 4.5m, li tmiss mal-Bożnja u Ħerzegovina, il-Montenegro, is-Serbja, l-Ungerija u s-Slovenja. Għandha aktar minn 1,200 ġżira, li minnhom 48 huma abitati b’mod permanenti. S'issa l-munita hija l-kuna, iżda l-Kroazja se tadotta l-ewro ladarba tissodisfa kriterji f’oqsma bħalma huma l-istabbiltà tal-prezzijiet, il-finanzi pubbliċi u l-istabbiltà fir-rata tal-kambju.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli