Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-Litwanja tieħu t-tmun tal-UE wara li ntlaħaq ftehim dwar il-baġit għal 7 snin - 28/06/2013

Bandiera bil-logo tal-Presidenza Litwana tal-UE © www.eu2013.lt

Il-kredibbiltà, it-tkabbir ekonomiku u l-ftuħ huma l-prijoritajiet tal-Litwanja hekk kif tieħu f’idejha l-Presidenza ta’ sitt xhur tal-UE fl-1 ta’ Lulju. Il-progress fuq kull wieħed minn dawn l-aspetti se jkun eħfef issa li l-mexxejja nazzjonali ftiehmu dwar baġit għall-2014-20.

Il-Litwanja wiegħdet li tkun “intermedjarju onest” matul dawn is-sitt xhur li ġejjin fejn se tiggwida t-teħid tad-deċiżjonijiet. Ħafna minn dawn id-deċiżjonijiet se jimmiraw biex jgħinu l-Ewropa toħroġ mill-kriżi ekonomika attwali.

Bħala wieħed mill-iktar pajjiżi li rnexxielu jindirizza tajjeb il-kriżi, il-Litwanja x'aktarx li tinsab f’pożizzjoni tajba biex tgħin lill-UE terġa' lura lejn it-tkabbir ekonomiku. Wara tnaqqis f'daqqa fl-2009, meta l-PDG tagħha waqa’ bi kważi 15%, il-Litwanja kienet reġgħet bdiet tikber sal-2010. Fl-2013 mistennija li tkun fost l-iktar ekonomiji bl-aħjar prestazzjoni tal-UE.

Jekk il-MPE jaqblu dwar il-baġit ta’ €960, il-Litwanja se jkun jeħtiġilha tgħaddi madwar 70 liġi biex il-flus tal-UE jkunu jistgħu jkomplu jiffinanzjaw proġetti u attivitajiet f’oqsma differenti mir-riċerka sar-riġenerazzjoni reġjonali.

Il-pjanijiet tal-Litwanja għas-sitt xhur li ġejjin huma miġbura fis-slogan "Ewropa kredibbli, miftuħa u li qed tikber”.

Kredibbiltà

Peress li l-kredibbiltà ekonomika tal-UE tiddependi fuq l-istabbiltà finanzjarja, il-Litwanja biħsiebha tiżgura finanzi pubbliċi iktar sodi fl-Ewropa kollha. Pass ewlieni se jkun rifless fil-progress tar-riformi tal-unjoni bankarja DeutschEnglishfrançais u s-suq finanzjarju.

Il-prijoritajiet jinkludu li l-pajjiżi tal-UE jiġu mbuttati biex jimplimentaw riformi miftiehma qabel, pereżempju dwar il-governanza ekonomika, u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni ekonomika u monetarja fi ħdan dik li hi magħrufa bħala l-unjoni ekonomika u monetarja.

Tkabbir

Is-suq uniku – it-tneħħija tal-fruntieri nazzjonali għan-nies, l-oġġetti, is-servizzi u l-flus – għandu l-potenzjal li jagħti spinta lit-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi. Il-Presidenza Litwana tixtieq tiżgura li l-oġġetti u s-servizzi rilevanti kollha huma inklużi, bħalma huma l-enerġija u r-riċerka.

Ftuħ

Integrazzjoni aktar mill-qrib bejn l-UE u l-ġirien tagħha tal-Lvant, flimkien ma’ ftehimiet ta’ kummerċ ħieles ma’ pajjiżi bħall-Istati Uniti, il-Ġappun u l-Kanada, se jgħinu biex issaħħaħ ir-reputazzjoni tal-UE għall-ftuħ.

Din hija l-ewwel darba li l-Litwanja kellha l-Presidenza tal-UE. Il-gvern ilu jipprepara billi ħadem mill-qrib mal-gvern Irlandiż, li kellu l-presidenza matul l-ewwel nofs tal-2013.

Il-websajt tal-presidenza tal-Litwanja DeutschEnglishfrançaislietuvių kalba

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli