Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-President Barroso jilqa' l-kummenti dwar l-enerġija u l-evażjoni tat-taxxa u l-frodi - 23/05/2013

Il-bini Justus Lipsius fi Brussell, il-Belġju fejn jiltaqgħu għas-samits il-mexxejja tal-UE. © EU

Il-President Barroso jilqa' l-impenn tal-Kunsill Ewropew biex isir progress fil-politika tal-enerġija, l-evażjoni tat-taxxa u l-frodi.

Dwar il-politika tal-enerġija, il-President laqa' l-fatt li kien hemm appoġġ għall-istrateġija tal-Kummissjoni għal dak li hu sejjaħ xenarju mingħajr dispjaċiri, b'azzjoni f'ħames oqsma: it-tlestija tas-suq intern tal-enerġija; l-investiment fl-innovazzjoni u fl-infrastruttura; l-impenn lejn użu aktar effiċjenti tal-enerġija; l-isfruttar ta' sorsi rinnovabbli b'mod orħos u d-diversifikazzjoni tal-provvisti."

Hu għamilha ċara li filwaqt "li ma teżisti ebda soluzzjoni sempliċi u maġika biex jiġu solvuti l-isfidi strateġiċi tal-enerġija li l-Ewropa qed tiffaċċja, hemm ħafna x'nistgħu nagħmlu jekk naġixxu flimkien permezz tal-Ewropa. L-istatus quo mhux għażla, u dan hu għaliex jeħtiġilna nimplimentaw dak li sar qbil dwaru llum."

Dwar l-evażjoni tat-taxxa u l-frodi, hu enfasizza li "hi kwestjoni ta' sens ta' ġustizzja, billi nikkalkulaw li €1 triljun jintilfu kull sena minħabba l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa, l-ekwivalenti tan-nefqa għas-saħħa fis-sena fl-istati membri kollha."

"Ninsab kuntent li wħud mid-deċiżjonijiet ittieħdu llum. Tassew kien hemm referenza għal prinċipju li nemmen li hu importanti b'mod kruċjali – il-prinċipju tal-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni fil-livell tal-Unjoni Ewropea," hu qal.

"Ir-realtà hi li ċ-ċittadini għandhom aspettattivi għoljin li se nwasslu trattament għat-taxxa aktar ġust lil kulħadd. Id-dinja globalizzata tal-lum qed tinbidel ukoll b'mod li jeħtiġilna nħarsu lejn dawn il-kwestjonijiet b'mod aktar attent. Ir-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiżi tal-ġimgħa d-dieħla li l-Kummissjoni se tippreżenta għandhom jenfasizzaw l-iskop għall-istati membri li jtejbu s-sistemi tat-taxxa tagħhom," żied jgħid il-President.

Aktar dwar l-enerġija u l-frodi tat-taxxa

Stqarrija tal-President Barroso wara l-laqgħa tal-Kunsill Englishfrançais

Infografika: Mappa tal-prezzijiet tal-enerġija tal-UE English

Infografika: Mappa forma ta' ċart tal-prezzijiet tal-enerġija tal-UE English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli