Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-President Barroso jiffissa l-prijoritajiet għas-samit Ewropew ta' Mejju - 14/05/2013

Il-President tal-Kummissjoni José Manuel Barroso © EU

Il-Kummissjoni tappella għal progress sinifikanti dwar it-tkomplija tas-suq intern tal-enerġija u biex jiġu indirizzati l-problemi ta' żieda tal-frodi u tal-evażjoni tat-taxxa qabel il-laqgħa tal-mexxejja.

Il-President Barroso kiteb lill-mexxejja nazzjonali fejn stabbilixxa l-isfidi li qed tiffaċċja l-UE dwar il-prezzijiet għolja tal-enerġija, il-frodi fiskali u l-evażjoni tat-taxxa.

L-enerġija

Suq tal-enerġija ifframmentat u n-nuqqas milli jsir użu mill-benefiċċji tal-enerġija, pereżempju permezz ta' sorsi irħas u li jniġġsu anqas, waslu għal differenzi konsiderevoli fil-prezzijiet tal-enerġija madwar l-UE.

It-tlestija tas-suq intern tal-enerġija u l-implimentazzjoni tal-pakket ta' riforma għall-enerġija DeutschEnglishfrançais tal-UE jistgħu jindirizzaw din l-inkonsistenza. Jeħtieġ li ssir aktar ħidma biex jiġi faċilitat l-investiment sostenibbli privat u pubbliku fl-infrastruttura tal-enerġija.

L-Ewropa jeħtiġilha tiddiversifika l-fornimenti tal-enerġija tagħha. Dan se jirrikjedi l-użu ta' sorsi internazzjonali ġodda, flimkien ma’ strateġija iktar koordinata bejn il-pajjiżi tal-UE dwar l-enerġija li tiġġedded u l-idrokarbonji.

Dawn iż-żewġ miżuri flimkien jistgħu jżidu l-kompetittività tan-negozji tal-UE u jiżguraw li la n-negozji u lanqas il-konsumaturi ma jħallsu żżejjed għall-enerġija.

Il-frodi u l-evażjoni tat-taxxa

L-estimi juru li l-pajjiżi tal-UE qed jitilfu għexur ta’ biljuni ta’ ewro maħżuna f’rifuġji fiskali offshore. Il-frodi u l-evażjoni tat-taxxa qed jillimitaw il-kapaċità tal-gvernijiet li jitkattar id-dħul u jżommu mal-pjanijiet ta’ politika ekonomika.

Il-ħolqien ta' sistema bbażata fuq l-imparzjalità u l-ekwità għandha tiżgura li kulħadd, mill-ħaddiema manwali sal-kumpaniji multinazzjonali, jagħtu kontribuzzjoni ġusta lill-finanzi pubbliċi.

Tinħtieġ azzjoni fil-livell nazzjonali, fil-livell tal-UE u fil-livell dinji biex jiġu miġġielda l-frodi u l-evażjoni tat-taxxa b’mod effiċjenti. Il-Kummissjoni qed tipproponi li twessa’ l-ambitu tad-Direttiva dwar it-Taxxa fuq it-Tfaddil DeutschEnglishfrançais . Dalwaqt se tiġi ppreżentata proposta biex titwessa’ l-firxa ta’ skambju awtomatiku ta’ informazzjoni bejn il-pajjiżi biex tkopri dividendi u qligħ kapitali.

Il-Kummissjoni qed tħeġġeġ ukoll lill-gvernijiet biex jimplimentaw il-Pjan ta’ Azzjoni tagħha dwar it-tisħiħ tal-ġlieda kontra l-frodi u l-evażjoni tat-taxxa, kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet tagħha dwar ir-rifuġji fiskali u l-pjanifikazzjoni aggressiva tat-taxxa.

Fl-ittra tiegħu l-President Barroso ħa l-opportunità wkoll biex jitlob lill-mexxejja tal-UE biex jaqblu dwar pożizzjoni b’saħħitha biex tixpruna l-isforzi internazzjonali biex isolvu l-frodi u l-evażjoni tat-taxxa fil-laqgħat li jmiss tal-G8 u l-G20.

Aktar dwar is-samit tal-UE ta’ Mejju

Ittra mill-President Barroso English

Informazzjoni ta’ sfond dwar l-enerġija

Informazzjoni ta’ sfond dwar l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli