Mogħdija tan-navigazzjoni

Niċċelebraw l-Ewropa — Open Day fl-4 ta’ Mejju - 01/05/2013

Powster: “Dwar l-Ewropa, dwarek, idħol fid-dibattitu: id-9 ta' Mejju – Jum l-Ewropa” © UE

Open Day tal-Ewropa hija opportunità biex niftakru l-kisbiet tal-UE — u naraw kif din tista’ taħdem aħjar għal kulħadd. Ipparteċipa fid-dibattiti, l-avvenimenti u l-attivitajiet għal kull età.

Fid-9 ta’ Mejju 1950, Robert Schuman, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Franċiż, ipprovoka l-ħolqien ta’ dik li llum hi magħrufa bħala l-Unjoni Ewropea billi saħaq ma' Franza, il-Ġermanja u pajjiżi Ewropej oħra biex jiġbru flimkien il-produzzjoni tagħhom tal-faħam u l-azzar.

l-Anniversarju tad-dikjarazzjoni tiegħu jitfakkar bħala Jum l-Ewropa — l-għarfien ta' Unjoni ta’ 27 pajjiż li tħares ir-rispett għal-libertà u l-istat tad-dritt filwaqt li tapprezza d-diversità taċ-ċittadini tagħha.

Open days

Nhar is-Sibt 4 ta’ Mejju, l-istituzzjonijiet tal-UE se jiċċelebraw l-anniversarju billi jiftħu l-bibien tagħhom għall-pubbliku. Se jkun hemm ukoll avvenimenti fl-uffiċċji tal-Kummissjoni f'kull pajjiż tal-UE, u f'xi uffiċċji lokali English madwar id-dinja.

Kull wieħed minnhom qed jorganizza attivitajiet edukattivi għall-adulti u t-tfal, inkluż mużika live, spettakli kulturali, u kwiżiż

Fi Brussell, tista’ żżur il-Berlaymont (fejn jinsabu l-uffiċċji tal-Kummissarji Ewropej) u li tipparteċipa f’serje ta’ dibattiti françaisNederlands dwar il-kriżi ekonomika, id-drittijiet taċ-ċittadini u l-ġejjieni tal-Ewropa.

Pereżempju, il-Kummissarju Viviane Reding se tippresiedi dibattitu fi 2.30pm bħala parti minn sensiela ta’ djalogi maċ-ċittadini dwar il-ġejjieni tal-Ewropa. Tista’ tirreġistra EnglishfrançaisNederlands biex tipparteċipa personalment jew biex tara x-xandira diretta onlajn English

Il-bini tal-Kunsill tal-UE, fejn il-mexxejja u l-Ministri tal-UE jinġabru għall-ogħla samits tagħhom, ukoll se jkun miftuħ għall-pubbliku, flimkien mal-kamra għad-dibattiti tal-Parlament Ewropew DeutschEnglishfrançaisNederlands, fejn il-Membri Parlamentari jiddiskutu l-kwistjonijiet tal-ġurnata.

Iċ-ċittadini jistgħu wkoll iżuru forums prinċipali oħrajn Ewropej — il-postijiet għal-laqgħat tar-rappreżentanti mir-reġjuni tal-Ewropa (il-Kumitat tar-Reġjuni) u gruppi ta’ interess differenti tal-UE (il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali English).

Avvenimenti oħra

Nhar il-Ħadd 5 ta’ Mejju, il-Kummissjoni se tingħaqad mal- “Iris Festival françaisNederlands”, fejn hemm ippjanat li t-toroq ta’ Brussell jingħataw bixra differenti b’kunċerti u divertiment tat-triq.

Nhar id-9 ta’ Mejju, Jum l-Ewropa, il-President tal-Kummissjoni José Manuel Barroso u l-Kummissarju Cecilia Malmström se jieħdu sehem f’konferenza dwar "l-Istat tal-Unjoni English" f’Firenze, l-Italja. Is-suġġett se jkun l-isfidi ekonomiċi attwali tal-Ewropa u aktar integrazzjoni.

Festival tal-Ewropa – avvenimenti bil-bibien miftuħin għall-pubbliku, l-4 ta' Mejju

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli