Mogħdija tan-navigazzjoni

Tkabbir ekonomiku u impjiegi fuq quddiem nett fl-aġenda tas-samit tal-UE - 18/03/2013

Il-President tal-Kummissjoni José Manuel Barroso © EU

Il-mexxejja tal-UE ddiskutew aktar miżuri biex joħolqu mill-ġdid it-tkabbir ekonomiku, jiġġeneraw l-impjiegi u jgħinu liż-żgħażagħ bla xogħol.

Il-President José Manuel Barroso għamel sejħa għal aktar miżuri ħalli jissaħħu t-tkabbir ekonomiku, il-produttività u l-impjiegi.

Hu qal li għandhom jittieħdu miżuri speċifiċi biex jgħinu liż-żgħażagħ bla xogħol. Minn Jannar 2012 'l hawn il-Kummissjoni għaġġlet il-fondi reġjonali tal-UE lil 8 pajjiżi bl-ogħla livelli ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ.

Madwar €16-il biljun ġew ipprovduti s'issa b'riżultati English promettenti – madwar 780,000 żagħżugħ/a u 55,000 negozji żgħar huma mistennija li jibbenefikaw.

Xogħol u taħriġ għaż-żgħażagħ

L-impjegar ta' aktar żgħażagħ jeħtiġlu sforz sostenibbli. Il-Kummissjoni qed tipproponi miżuri speċifiċi DeutschEnglishfrançais fil-forma ta' garanzija għall-impjiegi u t-taħriġ għal kull min hu taħt il-25 sena.

Din se tiżgura li jirċievu offerta ta’ xogħol ta’ kwalità, edukazzjoni kontinwa, jew apprendistat jew traineeship fi żmien 4 xhur minn meta jispiċċaw l-edukazzjoni formali tagħhom jew minn meta jsibu ruħhom bla xogħol.

Il-pajjiżi tal-UE u l-Parlament Ewropew għandhom jadottaw il-proposti malajr kemm jista' jkun biex b'hekk il-Kummissjoni tkun tista' tibda l-programm kif ippjanat għall-2014-20 (b'baġit ta' €6bn).

Il-mexxejja tal-UE ddiskutew ukoll miżuri biex il-persuni jitqabblu mal-kapaċitajiet meħtieġa mill-ekonomija. L-opportunitajiet tal-impjiegi jeżistu u ż-żgħażagħ għandhom jitħarġu biex jimluhom.

Pereżempju, is-settur tat-teknoloġija diġitali qed ikollu diffikultà biex jimla l-vaganzji, b'900,000 ħaddiem ġdid meħtieġ sal-2015. Bi tweġiba l-Kummissjoni nediet programm ta' kapaċitajiet English biex jiġu kkoordinati l-isforzi min-negozji, l-assoċjazzjonijiet u l-pajjiżi tal-UE biex jiġi indirizzat in-nuqqas.

Diskussjonijiet internazzjonali

Il-Kummissjoni, li tieħu sehem fil-laqgħa tal-grupp tal-G8 English, sejħet għal sforzi kkoordinati biex il-pagamenti lill-gvernijiet barranin ikunu trasparenti, biex ma titħalliex l-evażjoni tat-taxxa u biex jitjieb il-kummerċ globali.

Il-President Barroso għamel sejħa lill-mexxejja biex jaqblu mal-proposti tal-Kummissjoni biex jissaħħu r-regoli tal-UE dwar il-pagamenti rapportati (it-taxxi, id-dritt dovut għall-użu ta' propjetà u l-bonusijiet) li jsiru lill-gvernijiet barranin. Huma għandhom ukoll jimplimentaw malajr 2 rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-evażjoni u l-evitar tat-taxxi.

Il-President Barroso u kummissarji oħrajn se jiltaqgħu mal-gvern tar-Russja DeutschEnglishfrançais f'Moska fil-21 u fit-22 ta' Marzu biex jiddiskutu dwar żieda fil-kooperazzjoni kummerċjali, fost kwistjonijiet oħrajn.

Aktar dwar is-samit tal-UE ta’ Marzu DeutschEnglishfrançaisportuguês

Il-preżentazzjoni tal-President Barroso lill-Kunsill Ewropew

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli