Mogħdija tan-navigazzjoni

L-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew: inħeġġu lin-nies joħorġu jivvutaw - 13/03/2013

Deputati waqt laqgħa fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu © EU

Jekk jingħata tagħrif aħjar dwar il-pożizzjonijiet politiċi tal-kandidati u dwar l-affiljazzjonijiet tal-partiti, u jekk l-elezzjoni ssir fl-istess jum wieħed kullimkien, ikun hemm aktar nies li jivvutaw.

Il-Kummissjoni trid tħeġġeġ lil iktar nies jipparteċipaw fl-elezzjonijiet tal-2014 għall-Parlament Ewropew.

Il-parteċipazzjoni f'dawn l-elezzjonijiet qed tonqos; fl-2009 vvutaw biss 43% ta’ dawk eliġibbli. Minħabba li l-membri tal-Parlament Ewropew jirrappreżentaw direttament liċ-ċittadini tal-UE li kull 5 snin jivvutaw biex itellgħuhom, huwa importanti għad-demokrazija Ewropea li din is-sitwazzjoni titranġa.

Dan jista’ jseħħ billi l-votanti jingħataw tagħrif aħjar dwar il-pożizzjonijiet politiċi tal-kandidati u dwar l-affiljazzjonijiet tal-partiti. Waħda mir-raġunijiet ewlenin għaliex l-għadd ta' nies li joħorġu jivvutaw huwa baxx hija n-nuqqas ta’ tagħrif. L-istħarriġ riċenti, numru 364, tal-Ewrobarometru dwar il-jeddijiet elettorali Englishfrançais sab li:

  • 84% tal-Ewropej huma tal-fehma li aktar nies joħorġu jivvutaw kieku jkollhom aktar tagħrif dwar kif l-UE tolqot il-ħajja tagħhom ta’ kuljum, u dwar il-programmi tal-partiti
  • 73% jemmnu li jkun iktar probabbli li joħorġu jivvutaw kieku jkollhom aktar tagħrif dwar l-affiljazzjonijiet politiċi tal-kandidati
  • 62% jaħsbu li l-għadd ta' nies li joħorġu jivvutaw jiżdied kieku jkun hemm kandidati għall-Presidenza tal-Kummissjoni li jkunu affiljati mal-partiti u kieku l-votazzjoni ssir fl-istess jum fl-UE kollha kemm hi.

Ngħarrfu lill-votanti

B’reazzjoni għal dawn is-sejbiet English , il-Kummissjoni qed titlob lill-partiti politiċi nazzjonali jgħarrfu lill-votanti b’mod ċar ma' liema partit politiku Ewropew huma affiljati. Dan lill-votanti jgħinhom jagħmlu l-konnessjoni bejn il-pjattaformi politiċi nazzjonali u dawk Ewropej.

il-partiti politiċi Ewropej u dawk nazzjonali għandhom iħabbru isem il-kandidat preferut tagħhom biex isir il-President li jmiss tal-Kummissjoni.

Huwa importanti li l-votanti dan ikunu jafuh. Bir-regoli l-ġodda, il-Parlament huwa responsabbli għall-elezzjoni tal-presidenti l-ġodda tal-Kummissjoni, li jiġu proposti mill-mexxejja tal-gvernijiet nazzjonali meta jiltaqgħu fil-Kunsill Ewropew. Il-proposti jridu jagħtu kas tar-riżultati tal-elezzjonijiet Ewropej.

Rakkomandazzjoni oħra hi li l-pajjiżi tal-UE jistabbilixxu jum komuni għall-elezzjonijiet Ewropej, bil-postijiet tal-votazzjonijiet jagħlqu fl-istess ħin. Bħalissa, il-pajjiżi jistgħu jagħmlu l-elezzjonijiet fuq perjodu ta’ erbat ijiem.

Il-passi li jmiss

Issa huwa f’idejn il-pajjiżi tal-UE biex iwettqu r-rakkomandazzjonijiet qabel l-elezzjonijiet tal-2014.

Aktar dwar il-Parlament Ewropew

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli