Mogħdija tan-navigazzjoni

Ftehim dwar baġit multiannwali tal-UE għall-2014-20 - 11/02/2013

Il-bini Justus Lipsius, fi Brussell, il-Belġju fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-UE għas-samits. © EU

Valutazzjoni ġusta tal-ftehim bejn il-Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern għandha tirrikonoxxi li dan il-ftehim mhux perfett iżda joffri bażi għal negozjati mal-Parlament Ewropew.

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea José Manuel Barroso saħaq li kundizzjoni essenzjali biex dan il-ftehim jaħdem hi flessibilità massima possibbli li għandha tippermetti l-addattament għall-bidliet jew l-iżviluppi, pereżempju billi ngħaddu l-infiq minn sena għal oħra.

Huwa qal li minkejja l-fatt li l-livelli miftiehma mill-Kapijiet ta’ Stat u ta' Gvern huma anqas minn dak li l-Kummissjoni xtaqet... “il-ftehim li ntlaħaq illejla xorta jista’ jkun katalist importanti għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi.”

Il-President enfasizza diversi elementi pożittivi tal-baġit multiannwali l-ġdid:

1. L-istruttura bażika tal-proposta tal-Kummissjoni u xi strumenti innovattivi ġew ippreservati, inklużi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa Englishfrançais li tipprovdi investiment fit-trasport, l-enerġija u l-aġenda diġitali. Dan jagħmel il-baġit tal-UE għodda għall-kompetittività u t-tkabbir ekonomiku b’loġika pan-Ewropea.

2. Aktar investiment sinifikanti minn qabel għandu jkun ta' benefiċċju għal programmi Ewropej kruċjali li jsostnu t-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tax-xogħol – bħal Orizzont 2020 English għar-riċerka u l-innovazzjoni, Erasmus għal kulħadd DeutschEnglishfrançais għal skambji tal-istudenti u taħriġ barra minn pajjiżhom, u COSME DeutschEnglishfrançais għall-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju.

3. Ġew inklużi elementi importanti maħsuba biex jindirizzaw l-isfidi soċjali attwali ewlenin, speċjalment Inizjattiva ġdida għall-Impjiegi taż-Żgħażagħ – impenn biex tittieħed azzjoni fil-livell tal-UE dwar l-isfida politika ewlenija tal-lum: li ż-żgħażagħ jerġgħu jsibu x-xogħol. Il-programm ta' għajnuna għall-persuni l-aktar żvantaġġati Englishfrançais fl-Ewropa nżamm ukoll, kif ukoll impenn Ewropew għall-iżvilupp u l-għajnuna umanitarja.

Dwar punt ieħor fuq l-aġenda tal-Kunsill Ewropew – il-kummerċ – il-President Barroso qal li jinsab kuntent li l-Kunsill Ewropew adotta konklużjonijiet sodi li japprovaw l-aġenda ambizzjuża tal-Kummissjoni dwar il-kummerċ. "Jeħtiġilna nimxu 'l quddiem fuq il-ftehimiet dwar il-kummerċ ħieles minħabba li aċċess aħjar iżid il-PGD b'tal-anqas 2% ... Il-Kummissjoni se tagħmel pressjoni biex twettaq il-potenzjal sħiħ ta' ftehim transatlantiku integrat ta' kummerċ ħieles. Nispera li ma ndumux ma naraw il-Grupp ta' Ħidma ta' Livell Għoli jippreżentalna u lill-President Obama rakkomandazzjoni biex jitniedu negozjati dwar ftehim kummerċjali transatlantiku."

Fl-aħħar nett, il-President Barroso tenna li t-twassil tal-impenji tal-UE lill-imsieħba tagħha tan-Nofsinhar tal-Mediterran (il-pajjiżi tar-"Rebbiegħa Għarbija") jibqgħu prijorità ewlenija. "L-impenn f'dan ir-rigward hu iktar b'saħħtu minn qatt qabel. Ninsab sodisfatt bid-determinazzjoni tal-Kunsill Ewropew li jkompli jsostni t-tranżizzjoni lejn id-demokrazija f'dak ir-reġjun," huwa qal.

Aqra d-diskors sħiħ mill-President Englishfrançais

Ara l-filmat tat-taħdita English

Aqra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli