Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-Kummissjoni tenfasizza l-bżonn li jkun hemm ftehim dwar il-baġit tal-UE - 07/02/2013

Muniti tal-ewro fuq xulxin ©iStockphoto

Hekk kif il-mexxejja tal-Ewropa qed jiltaqgħu biex jitkomplew id-diskussjonijiet dwar il-baġit tal-UE, il-President tal-Kummissjoni Ewropea enfasizza r-rwol ta' appoġġ tiegħu lil dawk milqutin bl-aktar mod qawwi mill-kriżi ekonomika.

Hu u jindirizza l-MPE fis-6 ta' Frar, il-President José Manuel Barroso kkwota eżempji ta' pajjiżi tal-UE li m'humiex f'qagħda li jappoġġaw il-ħaddiema tagħhom meta impjant tal-manifattura jiġi rilokat jew li ma għandhomx il-ħila li jgħinu lill-ifqar ċittadini tagħhom.

Lejlet waħda mil-laqgħat ewlenin dwar din il-kwistjoni bejn il-mexxejja Ewropej, is-Sur Barroso ħeġġiġhom biex ma jitilfux l-opportunità li jużaw il-baġit ħalli jiġġieldu l-qgħad fost iż-żgħażagħ – fl-UE għad hawn 5.7 miljun żagħżugħ/a mingħajr impjiegi.

Is-Sur Barroso stieden il-mexxejja biex isibu l-bilanċ ġust bejn l-ambizzjoni u r-realiżmu – filwaqt li jwiegħdu li jagħmlu ħilithom kollha biex tinżamm l-ambizzjoni murija biċ-ċar fil-proposta inizjali tal-Kummissjoni. Hu talab ukoll sabiex kwalunkwe ftehim ikun flessibbli. Dan ikun jista' jippermetti li fondi mhux użati jgħaddu minn sena għal oħra, jew minn qasam ta' politika għal qasam ieħor.

Il-president talab ukoll biex issir reviżjoni interim tal-baġit, li tippermetti, jekk ikun meħtieġ, li jsiru aġġustamenti fejn il-flus ikunu ġew allokati.

Hu wiegħed li se jagħmel l-almu tiegħu biex ikun hemm fondi adegwati għall-programmi ewlenin tal-UE mfasslin biex jgħinu l-Ewropa toħroġ mill-kriżi ekonomika attwali. Dawn jinkludu lil dawk li jiffinanzjaw ir-riċerka English , in-netwerks diġitali u tat-trasport Englishfrançais , in-negozji kompetittivi żgħar DeutschEnglishfrançais u l-iskambji tal-istudenti DeutschEnglishfrançais . Il-fondi tal-UE f'dawn l-oqsma għandhom jgħinu lill-Ewropa tibqa' wieħed mir-reġjuni l-aktar kompetittivi fid-dinja, qal is-Sur Barroso.

Fi żmien meta ħafna qed jissaraw mas-sitwazzjoni finanzjarja, hu importanti wkoll li jitkomplew l-inizjattivi li jappoġġaw lil dawk l-aktar vulnerabbli, fosthom:

  • il-programm għall-għajnuna lil dawk l-aktar fil-bżonn Englishfrançais – ikel, ħwejjeġ u oġġetti essenzjali oħrajn għall-ifqar nies fl-Ewropa.

Il-baġit tal-UE hu wkoll ħabel tas-salvataġġ għal nies li ma jgħixux fl-Ewropa. Il-fondi jipprovdu żvilupp prezzjuż u għajnuna umantitarja – u jiddeterminaw ukoll l-influwenza tal-UE fi rkejjen oħrajn tad-dinja.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli