Għodod għall-aċċessibilità
Għodod tas-servizz
Selettur tal-lingwa
Mogħdija tan-navigazzjoni

L-istabbiltà ekonomika, l-iżvilupp ekonomiku u l-impjiegi huma l-prijoritajiet tal-Irlanda għas-sitt xhur li ġejjin hekk kif tieħu l-Presidenza tal-UE minn Ċipru.
Din hi s-seba darba li l-Irlanda qed tmexxi l-UE, u b'kumbinazzjoni tikkoinċidi mal-40 anniversarju mis-sħubija tal-Irlanda fl-UE.
Il-Presidenza ta' sitt xhur tagħti ċans lill-Irlanda biex tipprijoritizza l-kwistjonijiet li tqis li huma partikolarment importanti – f’dan il-każ l-istabbiltà ekonomika, l-impjiegi u l-iżvilupp.
Impiegi u żvilupp
L-Irlanda se tkompli bil-patt dwar it-tkabbir u l-impjiegi – pakkett ta' miżuri li jindirizzaw il-konsolidazzjoni fiskali, is-self, il-qgħad, il-kummerċ internazzjonali u oqsma oħrajn bil-potenzjal li jinħolqu żvilupp u impjiegi.
Prijoritajiet oħra jinkludu regoli ġodda
Biex jiġu stimulati l-innovazzjoni u r-riċerka, l-Irlanda se tipprova li tikkonkludi n-negozjati dwar is-sensiela li jmiss ta' finanzjament mill-UE, magħrufa bħala l-programm Orizzont 2020
, u b’mod partikolari se tippromwovi in-nanoteknoloġija, il-fotonika, il-manifattura avvanzata, il-cloud computing u l-kompjuters b'veloċità għolja.
L-ekonomija
Biex terġa' tinkiseb il-fiduċja fl-ekonomija Ewropea, l-Irlanda se tiżgura li s-sistema l-ġdida tal-UE għal koordinazzjoni ekonomika u baġitarja tinkludi enfasi fuq kwistjonijiet fundamentali bħalma huma l-pagi, l-indiċjar tal-pagi, ir-riformi fis-suq tax-xogħol, il-pensjonijiet, l-edukazzjoni u l-faqar.
Il-baġit tal-UE
Minħabba li f'Novembru ma ntleħaqx ftehim bejn il-mexxejja tal-UE dwar il-baġit tal-UE għall-2014-2020, se ssir laqgħa ġdida taħt il-Presidenza Irlandiża. Ladarba l-figuri ġenerali jkunu ġew miftiehma, l-Irlanda se tiffoka fuq kif il-baġit jinqasam bejn l-oqsma ta' politika.
Il-prijoritajiet tal-Irlanda hawnhekk huma r-riforma tal-politika agrikola komuni ![]()
![]()
u l-politika tas-sajd, l-infiq fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni, il-finanzjament għall-ifqar reġjuni tal-UE u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa
, li għandhom joħolqu żvilupp u impjiegi billi jtejbu l-infrastruttura Ewropea.
Flimkien ma' inizjattivi maħsuba biex jippromwovu t-tkabbir u l-impjiegi, l-Irlanda se tenfasizza wkoll l-ambjent, it-trasport, il-pajjiżi ġodda li se jissieħbu fl-UE, il-ġustizzja u l-appoġġ għall-iżvilupp.
Fl-1 ta' Lulju, l-Irlanda se tgħaddi l-Presidenza lil-Litwanja, li jkollha l-Presidenza sa tmiem l-2013.