Mogħdija tan-navigazzjoni

Pjanijiet tal-UE għall-2013 - żvilupp u impjiegi għandhom jiġu l-ewwel - 24/12/2012

Il-kwartieri ġenerali tal-Kummissjoni – il-bini Berlaymont – strixxun li jgħid "Growing stronger together" © EU

Il-Kummissjoni tistipola l-pjanijiet tagħha għall-2013, b'enfasi fuq ir-ritorn tal-UE lejn l-iżvilupp u r-ritorn tal-poplu lejn ix-xogħol.

Madwar 50 inizjattiva ġdida pdf - 332 KB [332 KB] български (bg) čeština (cs) dansk (da) Deutsch (de) eesti keel (et) ελληνικά (el) English (en) español (es) français (fr) italiano (it) latviešu valoda (lv) lietuvių kalba (lt) magyar (hu) Nederlands (nl) polski (pl) português (pt) română (ro) slovenčina (sk) slovenščina (sl) suomi (fi) svenska (sv) għandhom jiġu ppreżentati matul is-sena u l-ewwel parti tal-2014, apparti l-proposti li diġà jeżistu.

Il-prijorità ewlenija tibqa' l-istess - il-ħruġ mill-kriżi ekonomika u li l-UE terġa' taqbad it-triq lejn żvilupp sostenibbli. Il-pakkett jinkludi taħlita ta' miżuri ta' stimolu, riformi fis-sistema finanzjarja u passi lejn unjoni aktar maqgħuda.

Il-proposti l-ġodda jkopru:

  • titjib fl-istabilità, it-trasparenza u l-ħarsien tal-konsumatur fis-settur finanzjarju, ibbażat fuq pjan għal Unjoni Ekonomika u Monetarja aktar maqgħuda
  • żieda fil-kompetittività permezz tas-suq waħdieni Deutsch (de) English (en) français (fr) u politika industrijali koordinata; tnaqqis fl-ispejjeż għan-negozji u l-invojsjar f'oqsma bħall-VAT; U inkoraġġiment ta' sħubijiet pubbliċi-privati fil-qasam tar-riċerka
  • jgħaqqdu l-Ewropa billi jilliberalizzaw in-netwerks tal-enerġija, itejbu l-investiment fl-infrastruttura tal-broadband, jimmodernizzaw it-trasport u l-loġistika
  • jappoġġaw il-persuni qiegħda – itejbu s-servizzi pubbliċi tax-xogħol u jappoġġaw l-inklużjoni soċjali
  • l-enerġija, ir-riżorsi u l-ambjent – permezz ta' politiki ta' żvilupp sostenibbli, jintlaħqu l-ħtiġijiet tal-enerġiji li tirreaġixxi għat-tibdil fil-klima, it-titjib tal-kwalità tal-arja u l-ġestjoni tal-iskart
  • bini ta' Ewropa sikura – il-prevenzjoni tal-frodi u tal-użu ħażin tal-fondi tal-UE permezz ta' prosekutur pubbliku fil-livell tal-UE, il-ġlieda kontra t-traffikar tal-armi tan-nar, u t-titjib tal-benefiċċji taċ-ċittadinanza tal-UE
  • il-promozzjoni tal-interessi u l-valuri Ewropej madwar id-dinja permezz ta' ftehimiet kummerċjali ġodda, kooperazzjoni mmirata mal-pajjiżi ġirien, u t-tisħiħ ta' rwol tal-UE bħala kontributur ewlieni fid-dinja għall-għajnuna għall-iżvilupp.

Il-Kummissjoni se taħdem ukoll biex tiżgura li l-miżuri diġà miftiehma jiġu implimentati kif xieraq.

Se taħdem mill-qrib mal-Parlament Ewropew, il-mexxejja tal-UE fil-Kunsill, il-parlamenti nazzjonali u partijiet interessati oħra biex jinkisbu riżultati tanġibbli għaċ-ċittadini tal-Ewropa.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli