Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-premju nobel għall-paċi qed jingħata ... lill-Ewropej - 07/12/2012

Il-premju tal-2012 se jiġi ppreżentat f'Oslo fl-10 ta' Diċembru. Jirrikonoxxi r-rwol tal-UE fl-avvanz tar-rikonċiljazzjoni u l-istabbiltà fl-Ewropa.

Il-President tal-Kunsill tal-UE Herman Van Rompuy, il-President tal-Kummissjoni José Manuel Barroso u l-President tal-Parlament Ewropew Martin Schulz se jirċievu l-premju għan-nom tal-500 miljun ċittadin tal-Ewropa.

Se jingħaqdu magħhom Ana Vicente, 12-il sena, minn Spanja, Elena Garbujo, 16-il sena, mill-Italja, Ilona Zielkowska, 21 sena, mill-Polonja u Larkin Zahra, 23 sena, minn Malta – Ir-rebbieħa ta' konkors tat-tpinġija u tal-kitba English onlajn dwar xi tfisser għaż-żgħażagħ il-paċi fl-Ewropa.

II-kumitat tal-premju Nobel qal li l-UE kienet qed tiġi ppremjata għal 60 sena xogħol fil-progress tal-paċi, ir-rikonċiljazzjoni, id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem.

Il-President Barroso qal li l-premju Nobel huwa sinjal li għandna ngħożżu l-UE għall-ġid tal-Ewropej u għall-ġid id-dinja.

"Il-premju mill-kumitat Nobel juri li f’dawn iż-żminijiet diffiċli l-Unjoni Ewropea għadha sors ta' ispirazzjoni għall-pajjiżi u n-nies madwar id-dinja kollha u li l-komunità globali teħtieġ Unjoni Ewropea b'saħħitha".

L-UE se tiddedika l-flus tal-premju Nobel għal proġetti umanitarji għal tfal Englishfrançais li huma vittmi ta' gwerer u kunflitti (filwaqt li rduppjat is-somma biex issa t-totali konġunt huwa ta' €2 miljuni).

"Il-Premju Nobel għall-Paċi jirrappreżenta r-rikonċiljazzjoni madwar id-dinja. Il-flus tal-premju għandhom jibbenefikaw lill-ewwel tama tal-ġejjieni, iżda wkoll l-ewwel vittmi tal-kunflitti preżenti u tal-passat – it-tfal," qal il-President Barroso.

Ara ċ-ċerimonja, iċċelebra

Se tkun tista' tara ċ-ċerimonja tal-għoti tal-premju Nobel f'xandira diretta onlajn jew fuq skrins pubbliċi madwar l-Ewropa u bnadi oħra. Tista' tikkuntattja l-uffiċċji tar-rappreżentanti tal-Kummissjoni fl-UE biex issir taf dwar avvenimenti f’pajjiżek, kif ukoll l-uffiċċji tal-informazzjoni tal-Parlament Ewropew.

F'Kopenħagen se tiġi organizzata purċissjoni bit-torċi mixgħulin fl-10 ta’ Diċembru. Fi Bratislava, se jkun hemm kunċert u wirja bejn is-7 u l-11 ta' Diċembru.

Ħafna mill-uffiċji barranin tal-UE English madwar id-dinja se juru ċ-ċerimonja fuq skrins kbar u jorganizzaw avvenimenti speċjali. Pereżempju l-Uffiċċju f’La Paz, il-Bolivja se juri ċ-ċerimonja u l-istaff se jżuru kenn tat-tfal biex jagħmel donazzjoni.

Fi New York, l-Uffiċċju tal-UE għan-NU Englishespañolfrançais rranġa biex l-Empire State Building jinxtegħel bil-blu u bl-isfar, il-kuluri tal-UE, fil-11 ta' Diċembru.

Tkun tista’ tara l-midalja tal-Premju Nobel għall-Paċi fi Brussell fid-Dar tal-Istorja Ewropea, ladarba din tkun tlestiet.

Aqra t-tħabbira uffiċjali tal-Premju Nobel għall-Paċi English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli