Għodod għall-aċċessibilità
Għodod tas-servizz
Selettur tal-lingwa
Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-Kummissjoni tistipola l-pjanijiet tagħha għall-2013, b'enfasi fuq ir-ritorn tal-UE lejn l-iżvilupp u r-ritorn tal-poplu lejn ix-xogħol.
Madwar 50 inizjattiva ġdida
[332 KB]
għandhom jiġu ppreżentati matul is-sena u l-ewwel parti tal-2014, apparti l-proposti li diġà jeżistu.
Il-prijorità ewlenija tibqa' l-istess - il-ħruġ mill-kriżi ekonomika u li l-UE terġa' taqbad it-triq lejn żvilupp sostenibbli. Il-pakkett jinkludi taħlita ta' miżuri ta' stimolu, riformi fis-sistema finanzjarja u passi lejn unjoni aktar maqgħuda.
Il-proposti l-ġodda jkopru:
u politika industrijali koordinata; tnaqqis fl-ispejjeż għan-negozji u l-invojsjar f'oqsma bħall-VAT; U inkoraġġiment ta' sħubijiet pubbliċi-privati fil-qasam tar-riċerka
Il-Kummissjoni se taħdem ukoll biex tiżgura li l-miżuri diġà miftiehma jiġu implimentati kif xieraq.
Se taħdem mill-qrib mal-Parlament Ewropew, il-mexxejja tal-UE fil-Kunsill, il-parlamenti nazzjonali u partijiet interessati oħra biex jinkisbu riżultati tanġibbli għaċ-ċittadini tal-Ewropa.