Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-prijoritajiet għat-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi - 22/10/2012

Il-President tal-Kummissjoni José Manuel Barroso u l-President tal-Parlament Ewropew Martin Schulz © EU

Fis-samit tat-18 u d-19 ta' Ottubru, il-mexxejja tal-UE qablu li jaġixxu malajr dwar il-miżuri għall-istimolu ekonomiku u li jieħdu passi lejn unjoni monetarja u ekonomika eqreb.

F'nota mħejjija għal-laqgħa tagħhom, il-President tal-Kummissjoni José Manuel Barroso qal li għandu jsir sforz akbar taħt il-patt għat-tkabbir u l-impjiegi English mħabbar dan l-aħħar, pakkett ta' miżuri ta' €120 bijun biex jgħin lill-pajjiżi jirkupraw mill-kriżi.

Il-fondi jinkludu t-twessigħ tal-kapaċità ta' self tal-Bank Ewropew tal-Investiment DeutschEnglishfrançais b'€60 biljun. €55 biljun oħra se jintużaw mill-fondi reġjonali tal-UE mhux użati biex jgħinu lin-negozji ż-żgħar u joħolqu l-impjiegi għaż-żgħażagħ.

Il-mexxejja qablu li jagħmlu s-suq uniku Deutsch (de) English (en) français (fr) tal-UE jaħdem aħjar billi l-proposti tal-Kummissjoni DeutschEnglishfrançais li diġà qegħdin fuq l-aġenda jimxu 'l quddiem.

Dawn wegħdu appoġġ għal miżuri ta' stimolu oħrajn, inkluż it-tnedija tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa English, li se tiffinanzja investiment ta' €50 biljun fit-trasport, l-enerġija u n-netwerks diġitali.

Is-settur finanzjarju għandu wkoll jagħmel kontribut ġust għall-irkupru. Il-Kummissjoni se tieħu l-ewwel pass lejn l-introduzzjoni ta' taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji Deutsch (de) English (en) français (fr) u se tippreżenta pjan sabiex trażżan il-frodi tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa qabel l-aħħar tas-sena.

Unjoni Ekonomika u Monetarja eqreb

Il-mexxejja qablu li jlestu l-ħidma dwar is-superviżjoni komuni pdf - 158 KB [158 KB] tal-banek taż-żona tal-ewro sal-aħħar tas-sena. Il-qafas legali se jiġi implimentat fl-2013.

Il-Bank Ċentrali Ewropew English (BĊE) se jkollu rwol ċentrali fl-istabbiliment ta' superviżur uniku. Il-pajjiżi l-oħra tal-UE se jkunu jistgħu jissieħbu mal-arranġament il-ġdid.

Il-mexxejja qablu wkoll li għandha tkompli l-ħidma fuq il-proposti English għal unjoni bankarja, unjoni fiskali, unjoni ekonomika u passi lejn unjoni politika. Il-President Barroso qal li l-Kummissjoni se tfassal il-pjan tagħha dwar il-proposti aktar tard din is-sena.

Il-President tal-Kunsill Herman Van Rompuy, flimkien mal-presidenti tal-Kummissjoni, il-Grupp tal-Ewro English u l-BĊE se jlestu rapport finali dwar il-proposti f'Diċembru.

Deċiżjonijiet internazzjonali

Il-mexxejja awtorizzaw sanzjonijiet addizzjonali kontra tal-Gvern tas-Sirja u l-Iran, li jeħtiġilu jikkonforma mar-regoli internazzjonali dwar il-programm nukleari tiegħu.

Huma nnutaw il-kriżi politika u umanitarja fil-Mali u ddeċidew li jħaffu l-għajnuna tal-UE fl-organizzazzjoni mill-ġdid u t-taħriġ tal-forzi tad-difiża tal-pajjiż.

Il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew li jmiss se ssir fit-22 u t-23 ta' Novembru fi Brussell.

Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew – 18 u 19 ta' Ottubru 2012 English

Id-dikjarazzjoni tal-President Barroso wara s-samit tal-Kunsill

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli