Mogħdija tan-navigazzjoni

Roadmap għal unjoni eqreb - 17/10/2012

Il-bini Justus Lipsius, fejn il-mexxejja tal-UE jiltaqgħu flimkien għas-samits tagħhom fi Brussell © EU

Fis-samit tagħhom tat-18-19 ta' Ottubru, il-mexxejja tal-UE se jiddiskutu miżuri biex jinvestu aktar fit-tkabbir u l-konsolidazzjoni tal-unjoni.

Il-passi li ttieħdu s'issa skont il-patt għat-tkabbir u l-impjiegi English , pjan biex jiġu investiti €120 biljun biex tiġi stimulata l-ekonomija, se jiġu riveduti.

Il-President tal-Kummissjoni José Manuel Barroso enfasizza li l-pajjiżi tal-UE jeħtiġilhom jaġixxu malajr biex jimplimentaw il-ftehim. Il-mexxejja se jirċievu spjegazzjoni ddettaljata mill-kummissjoni dwar il-qagħda tal-affarijiet: x'hemm fuq il-mejda, fejn jinsabu l-ostakoli u x'għandhom ikunu l-passi li jmiss.

Il-fondi tal-patt se jmorru għall-proġetti li jiżviluppaw l-innovazzjoni u l-kapaċitajiet, in-negozji żgħar, l-enerġija li ma tniġġisx, it-trasport u l-broadband. Madwar €55 biljun se jingħataw rotta ġdida minn fondi reġjonali tal-UE mhux użati biex jappoġġaw in-negozji żgħar u joħolqu l-impjiegi għaż-żgħażagħ.

Roadmap għal unjoni eqreb

Il-mexxejja se jiddiskutu wkoll abbozz ta' pjan għal unjoni ekonomika u monetarja eqreb English , li għandu jiġi ppreżentat mill-President tal-Kunsill Herman Van Rompuy flimkien mal-Presidenti tal-Kummissjoni, tal-Eurogroup English u tal-Bank Ċentrali Ewropew English (BĊE).

Il-proposti jinkludu regoli komuni għas-superviżjoni tas-settur finanzjarju taż-żona tal-ewro, u għandhom iżommu l-baġits nazzjonali fil-limiti miftehmin u jikkoordinaw b'mod eqreb il-politika ekonomika.

Bħala l-ewwel pass, il-Kummissjoni pproponiet miżuri għal superviżjoni komuni English tal-banek taż-żona tal-ewro bl-involviment tal-BĊE bħala mezz li bih tinħoloq mill-ġdid l-istabbiltà.

Il-pajjiżi kollha tal-UE se jkunu jistgħu jissottoskrivu għall-arranġament il-ġdid, pass 'il quddiem lejn l-unjoni bankarja.

Il-Kummissjoni pproponiet ukoll regoli komuni English biex tintervjeni meta bank isib ruħu f'inkwiet finanzjarju. Dawn għandhom jgħinu biex jitnaqqas l-impatt ta' falliment ta' bank fis-swieq finanzjarji u l-ispiża għas-salvataġġ mill-kontributuri tat-taxxa.

Unjoni fiskali

Il-kriżi wriet li l-pajjiżi taż-żona tal-ewro jeħtiġilhom jikkoordinaw aktar il-politiki baġitarji tagħhom biex jiżguraw tkabbir sostenibbli u stabbiltà ekonomika.

Eventwalment iż-żona tal-ewro tista' tiżviluppa baġit konġunt biex jgħin lill-membri jaġixxu quddiem kriżijiet ekonomiċi u fiskali.

Aktar integrazzjoni fiskali għandha tkun akkumpanjata b'koordinazzjoni aktar b'saħħitha tal-politika ekonomka u bit-twettiq sħiħ tas-suq uniku DeutschEnglishfrançais tal-UE.

Skont il-President Barroso, id-diskussjoni ta' din il-ġimgħa għandha twassal għall-finalizzazzjoni f'Diċembru tar-roadmap għal unjoni bankarja, fiskali u ekonomika kif ukoll għal passi lejn unjoni politika.

Aġenda – Laqgħa tal-Kunsill Ewropew 18 – 19 ta' Ottubru
Rapport: Implimentazzjoni tal-Patt għall-Iżvilupp u l-Impjiegi

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli