Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-Premju Nobel għall-Paċi 2012 jingħata lill-Unjoni Ewropea - 12/10/2012

Il-bandiera tal-UE quddiem il-bnadar tal-istati membri © EU

Illum, l-Unjoni Ewropea ġiet ippremjata bil-Premju Nobel għall-Paċi 2012. Dan il-premju prestiġjuż ingħata lill-UE għall-kontribut li tat matul dawn l-aħħar 60 sena għall-paċi u r-rikonċiljazzjoni, id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem.

"Hu unur kbir għall-Unjoni Ewropea li tirċievi l-Premju Nobel għall-Paċi 2012. Dan il-Premju hu l-ikbar rikonoxximent possibbli għall-għanijiet politiċi profondi tal-Unjoni: l-isforz uniku mill-istati Ewropej biex jegħlbu l-gwerer u l-firda u biex isawru flimkien kontinent ta' paċi u prosperità. Hu Premju mhux biss għall-proġett u l-istituzzjonijiet li lkoll għandhom interess komuni, iżda wkoll għall-500 miljun ċittadin li jgħixu fl-Unjoni", qalu l-President tal-Kunsill Ewropea u l-President tal-Kummissjoni Ewropea fi stqarrija konġunta.

B'ħarsithom lejn il-futur, iż-żewġ Presidenti esprimew l-impenn tal-Unjoni Ewropea li tkompli "tippromwovi l-paċi u s-sigurtà fil-pajjiżi qrib tagħha u fid-dinja".

Il-Kumitat Norveġiż tal-Premju Nobel għall-Paċi identifika b'mod partikolari "il-kontribut li l-UE tat matul dawn l-aħħar 60 sena għall-paċi u r-rikonċiljazzjoni, id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem."

Il-kumitat irrikonoxxa r-rwol tal-UE "għaż-żamma tal-istabbiltà li għenet tbiddel il-parti kbira tal-Ewropa minn kontinent tal-gwerra għal kontitent tal-paċi. Il-ħidma tal-UE tirrappreżenta "il-fraternità bejn in-nazzjonijiet", u hi forma tal-"kungressi tal-paċi" li jirreferi għalihom Alfred Nobel bħala kriterji għall-Premju għall-Paċi fit-testment tiegħu fl-1895".

Aktar informazzjoni:

  • Stqarrija għall-Istampa tal-Kumitat Nobel English
  • Il-Kumitat Nobel English
  • Stqarrija mill-Presidenti tal-Kunsill Ewropew u tal-Kummissjoni Ewropea English
  • Filmat bl-istqarrija tas-Sur Van Rompuy English
  • Il-Kummissjoni Ewropea: stqarrija għall-istampa DeutschEnglishfrançais
  • Websajt tas-Sur Barroso DeutschEnglishfrançaisportuguês

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli