Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-Kummissjoni twitti t-triq għal unjoni bankarja - 17/09/2012

Il-bnadar tal-pajjiżi tal-UE © EU

Koordinazzjoni biss m'għadhiex biżżejjed - hemm bżonn superviżjoni iktar mill-qrib u integrazzjoni fuq livell tal-UE biex nevitaw kriżijiet bankarji fil-futur, niksbu lura l-fiduċja fis-sistema finanzjarja u nipproteġu lil min ifaddal.

Waqt li l-banek qed joperaw dejjem iktar f'pajjiżi differenti, is-superviżjoni tal-attivatjiet tagħhom baqgħet nazzjonali. Munita unika u integrazzjoni finanzjarja tagħmel liż-żona ewro iktar vulnerabbli għall-kriżijiet bankarji, billi dawn jgħaddu minn pajjiż għal ieħor.

Il-Kummissjoni temmen li s-soluzzjoni hi iktar superviżjoni fuq il-livell tal-UE. Diġà twaqqfu tliet entitatjiet superviżorji fl-2011 biex jgħinu fil-koordinazzjoni tal-ħidma tar-regolaturi nazzjonali u jiżguraw li r-regoli tal-UE jiġu applikati b'mod konsistenti.

Proposta ġdida tagħti poteri ġodda lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) English biex jissorvelja r-rendiment ta' madwar 6,000 bank fiż-żona ewro. Din is-sistema se tkun magħrufa bħala l-mekkaniżmu superviżorji uniku.

Il-BĊE jieħu f'idejh kompiti bħall-awtorizzazzjoni ta' banek u istituzzjonijiet ta' kreditu oħrajn, l-iżgurar li għandhom biżżejjed kapital (likwidu) biex ikompli joperaw ukoll meta jkollhom telf u l-monitoraġġ tal-attivatajiet ta' konglomerati finanzjarji.

Jekk bank jikser - jew ikun f'riskju li jikser - ir-rekwiżiti kapitali, il-BĊE ikun jista' jitlob lil bank jieħu miżuri korrettivi. Is-superviżuri nazzjonali sadanittant jibqgħu jwettqu l-verifika ta' kuljum.

Ġabra unika ta' regoli dwar ir-rekwiżiti kapitali, skemi ta' protezzjoni tad-depożiti standardizzati u dispożizzjonijiet ġodda ta' rkupru u riżoluzzjoni - kollha proposti għall-bidu tas-sena d-dieħla - jikkompletaw 'l-unjoni bankarja'.

Il-BĊE jibda l-proċess f'Jannar 2013, bil-monitoraġġ ta' xi banek li rċevew jew talbu salvataġġ (bailout) mis-settur pubbliku. Il-banek kollha jkunu monitorjati minn Jannar 2014.

Din hi l-aħħar proposta minn għadd ta' proposti marbuta mal-inizjattivi tal-UE biex tiżgura li l-UE tevita li jerġa' jkollha kriżi bankarja bħal dik tal-2008. Minbarra li waqqfet awtoritajiet superviżorji fuq livell tal-UE, l-UE ħadmet ukoll biex iddaħħal rekwiżiti kapitali għall-banek, tirristruttura s-settur finanzjarju billi tagħlaq banek li mhumiex vijabbli u tintroduċi garanziji għad-depożiti bankarji.

Iktar dwar ir-regoli u s-superviżjoni tal-banek tal-UE

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli