Mogħdija tan-navigazzjoni

Lejn Federazzjoni ta' stati nazzjon - 12/09/2012

L-emiċiklu tal-Parlament Ewropew © EU

Fid-diskors dwar il-Qagħda tal-Unjoni 2012, il-President Barroso ppropona li l-UE ssir federazzjoni ta' stati nazzjon. Huwa ħabbar ukoll pjan għall-ħarifa biex tissaħħaħ l-unjoni ekonomika u monetarja.

Fid-diskors tiegħu dwar Il-Qagħda tal-Unjoni 2012, il-President tal-Kummissjoni Ewropea José Manuel Barroso insista favur direzzjoni ġdida u mod ġdid ta' ħsieb għall-Ewropa.

Iddeskriva triq lejn aktar unità Ewropea biex tingħeleb il-kriżi u tinżamm is-sovranità f'dinja globalizzata. "Il-globalizzazzjoni titlob aktar unità Ewropea. Aktar unità titlob aktar integrazzjoni. Aktar integrazzjoni titlob aktar demokrazija," huwa qal. Hu ppreżenta 'ftehim deċiżiv għall-Ewropa' lill-Parlament Ewropew li "jeħtieġ it-tlestija ta' unjoni ekonomika profonda u ġenwina, ibbażata fuq unjoni politika."

Ippreżenta wkoll il-proposta tal-Kummissjoni dwar is-superviżjoni komuni tal-banek taż-żona tal-ewro bħala pass lejn unjoni bankarja. Il-Bank Ċentrali Ewropew se jingħata setgħat superviżorji fuq il-banek kollha sabiex jevita l-fallimenti tal-banek u jipproteġi lid-depożitaturi.

Barra dan, matul id-diskors, Barroso:

  • argumenta favur l-iżvilupp ta' spazju pubbliku Ewropew
  • iddeskriva l-passi għal aktar integrazzjoni u sejjaħ għal dibattitu wiesa' qabel l-elezzjonijet Ewropej fl-2014
  • irrefera għall-proposta tal-Kummissjoni għal statut aħjar tal-partiti politiċi Ewropej u ssuġġerixxa li l-partiti ewlenin jippreżentaw il-kandidati tagħhom għall-post tal-President tal-Kummissjoni li jmiss.

Iċ-ċittadini jistgħu jibagħtu l-mistoqsijiet dwar ll-Qagħda tal-Unjoni lill-President Barroso sat-18 ta' Settembru fuq EUtube DeutschEnglishfrançais . Se jweġibhom f'intervista f'xandira diretta fid-19 ta' Settembru fis-19.00CET, li se tixxandar fuq in-netwerk u l-websajt ta' Euronews DeutschEnglishespañolfrançaisitalianopolskiportuguês , fuq EUtube DeutschEnglishfrançais , fuq il-paġna Google+ tal-Kummissjoni English, fuq Europe by Satellite Englishfrançais u fuq il-websajt tal-President DeutschEnglishfrançaisportuguês .

Aktar dwar id-diskors Il-Qagħda tal-Unjoni fuq http://www.ec.europa.eu/soteu2012/ DeutschEnglishfrançaisportuguês

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli