Mogħdija tan-navigazzjoni

Regoli komuni kontra l-frodi fil-baġit tal-UE - 19/07/2012

Pie chart 3D maqsuma f'ħames biċċiet fuq tliet folji ta' karta tal-graffs © Stock/123render

Kieku l-pajjiżi tal-UE jimxu ma' metodu kkoordinat biex jiġġieldu l-frodi, ikun aktar faċli biex jinqabdu dawk li jwettqu l-frodi u biex jiġu rkuprati l-flus misruqa minn programmi maħsuba għall-pubbliku.

Il-Kummissjoni ilha taħdem mill-qrib mal-pajjiżi tal-UE biex jitnaqqas il-frodi kontra l-baġit tal-UE, iżda jeħtieġ li jsir iktar. Fl-2010 biss il-pajjiżi tal-UE rrappurtaw każijiet ta' frodi li jammontaw għal €600m, madwar 1% tal-baġit tal-UE.

Metodu komuni għar-regoli nazzjonali għat-trattament tal-frodi jista’ jgħin – għaliex pajjiżi individwali tal-UE jiġġestixxu madwar 80% tal-baġit annwali tal-UE, u l-Kummissjoni l-bqija.

Attwalment, id-definizzjonijiet għal reati bħal frodi jew abbuż ta' poter ivarjaw madwar l-UE. Dan iwassal għal rati baxxi ta' kundanna f'xi pajjiżi – li jvarjaw minn 14% sa 80% għall-frodi fil-baġit tal-UE.

B'reazzjoni għal dan, il-Kummissjoni qed tipproponi regoli komuni pdf - 122 KB [122 KB] български (bg) čeština (cs) dansk (da) Deutsch (de) eesti keel (et) ελληνικά (el) English (en) español (es) français (fr) italiano (it) latviešu valoda (lv) lietuvių kalba (lt) magyar (hu) Nederlands (nl) polski (pl) português (pt) română (ro) slovenčina (sk) slovenščina (sl) suomi (fi) svenska (sv) sabiex l-awtoritajiet ikunu jistgħu jinvestigaw il-frodi b'mod aktar faċli madwar l-UE. Regoli aktar ħorox jaqtgħu qalb il-kriminali, jipproteġu aħjar il-flus tal-kontribwenti u jgħinu lill-UE tirkupra l-fondi mitlufa. Fosthom hemm:

  • definizzjonijiet komuni għall-frodi u l-użu ħażin ta' proċeduri ta' akkwist tal-gvern – dawn se jkopru wkoll il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus u jagħmluha eħfef għall-prosekuturi li jiffriżaw l-assi kriminali f'pajjiżi oħra tal-UE
  • kull min jinstab ħati li bil-frodi ħa €100,000 jew aktar mill-baġit tal-UE jeħel minimu ta’ sitt xhur ħabs – bħalissa, il-piena minima għal dan ir-reat tista' tvarja minn multa sa 12-il sena ħabs
  • jippermettu lill-prosekuturi perjodu raġonevoli li fih jakkużaw persuna bi frodi – xi pajjiżi għandhom skadenzi li spiss huma qosra wisq għal investigazzjonijiet bejn pajjiż u ieħor, li jistgħu jkunu kumplessi u jieħdu aktar mis-soltu.

Il-passi li jmiss

Il-proposti ġodda se jiġu diskussi mill-Parlament Ewropew u l-gvernijiet tal-UE.

Il-Kummissjoni tippjana li s-sena d-dieħla tipproponi l-allinjament tar-regoli tal-UE fuq evidenza f'każijiet kriminali. Proposta oħra għandha ttejjeb il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali u l-Uffiċċju Ewropew ta’ kontra l-frodi.

Rapport dwar il-frodi u l-użu qarrieq tal-fondi tal-UE – 2010 pdf - 2 MB [2 MB] български (bg) čeština (cs) dansk (da) Deutsch (de) eesti keel (et) ελληνικά (el) English (en) español (es) français (fr) italiano (it) latviešu valoda (lv) lietuvių kalba (lt) magyar (hu) Nederlands (nl) polski (pl) português (pt) română (ro) slovenčina (sk) slovenščina (sl) suomi (fi) svenska (sv)

Aktar dwar il-politiki tal-UE ta' kontra l-frodi Deutsch (de) English (en) français (fr)

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli