Mogħdija tan-navigazzjoni

Nirrestawraw l-iżvilupp, noħolqu unjoni aktar soda - 02/07/2012

Il-President tal-Kummissjoni José Manuel Barroso © EU

Il-mexxejja tal-UE qablu dwar miżuri biex terġa' tinkiseb il-fiduċja fl-ekonomija, aktar investiment fl-iżvilupp u unjoni aktar soda fis-Summit tat-28-29 ta' Ġjunju.

“Dan il-Kunsill Ewropew wassal għal dak li xtaqu kemm iċ-ċittadini, kemm l-imsieħba internazzjonali, kif ukoll is-swieq," qal il-President tal-Kummissjoni José Manuel Barroso.

Il-pajjiżi taż-żona ewro approvaw sorveljanza superviżorja komuni tal-banek tagħhom li tinvolvi l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) – pass prinċipali biex tiġi rrestawrata l-istabbiltà.

Il-fond ta’ salvataġġ taż-żona ewro jitħalla wkoll jgħin direttament jiffinanzja mill-ġdid il-banek fl-inkwiet . Bħalissa, il-gvernijiet ikollhom jitolbu lill-fond għas-self u mbagħad suċċessivament jisilfu l-flus lill-banek tagħhom.

Il-gvernijiet nazzjonali talbu lill-President tal-Kunsill Herman Van Rompuy biex jiżviluppa pjan għal unjoni ekonomika u monetarja eqreb bil-kollaborazzjoni tal-presidenti tal-Kummissjoni, l-Ewrogrupp English u l-BĊE.

Il-pjan jinkludi regoli komuni għas-superviżjoni tas-settur finanzjarju, iż-żamma tal-baġits nazzjonali fil-limiti miftiehma u kollaborazzjoni aktar mill-qrib tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika.

Stimolu għal aktar żvilupp

L-UE qablet, bħala entità waħda, dwar patt għat-tkabbir u l-impjiegi English , bi pjanijiet li tinvesti €120 bijun fi stimolu ekonomiku.

Il-fondi jinkludu kapital addizzjonali għal Bank Ewropew tal-Investiment DeutschEnglishfrançais . Dawn għandhom jespandu l-kapaċità totali tas-self b'€60 biljun. Il-Bank se juża fondi għal proġetti li jiżviluppaw l-innovazzjoni u l-ħiliet, in-negozji żgħar, l-enerġija nadifa u l-infrastruttura moderna madwar l-UE.

L-UE se tinvesti madwar €5bn fil-bonds tal-proġetti English (en) , li jintużaw biex jikkofinanzjaw il-kostruzzjoni tal-infrastruttura tat-trasport, l-enerġija u l-broadband.

€55 biljun oħra se jintużaw mill-fondi reġjonali tal-UE mhux użati biex jgħinu lin-negozji ż-żgħar u joħolqu l-impjiegi għaż-żgħażagħ.

Miżuri għal aktar tkabbir

il-mexxejja tal-UE approvaw ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi tal-Kummissjoni dwar il-politika ekonomika u l-prijoritajiet tal-baġit matul it-12-il xahar li ġejjin.

Huma qablu dwar passi finali għal sistema unitarja għal protezzjoni tal-privattivi DeutschEnglishfrançais biex l-inventuri ikollhom bżonn jirreġistraw privattiva waħda biss li tkun tkopri l-pajjiżi parteċipanti kollha tal-UE – b'hekk jitnaqqsu l-ispejjeż u l-burokrazija.

Deċiżjonijiet internazzjonali

Il-mexxejja kkundannaw il-vjolenza fis-Sirja u appellaw lill-partijiet kollha biex isegwu pjan ta' paċi tan-NU. Huma ħeġġu lill-Iran jikkonforma mal-obbligi internazzjonali rigward il-programm nukleari tiegħu. L-embargo fuq iż-żejt tal-UE f'dak il-pajjiż beda fl-1 ta’ Lulju 2012.

Qablu wkoll biex jibdew negozjati ta' sħubija fl-UE mal-Montenegro .

Ir-riżultati tas-Samit tal-UE ta' Ġunju 2012 Deutsch (de) English (en) français (fr) português (pt)

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli