Mogħdija tan-navigazzjoni

Ċipru fit-tmun - 29/06/2012

Logo: vapur stilizzata bil-kliem “CY 2012 EU” © Cyprus

L-enfasi matul it-tieni nofs tal-2012 hu fuq ir-riġenerazzjoni tat-tkabbir ekonomiku biex l-ekonomija Ewropea taħdem aħjar għan-nies.

Il-pajjiż se jieħu l-Presidenza tal-UE fl-1 ta' Lulju f'perjodu ta' tħassib konsistenti dwar l-irkupru ekonomiku u l-kriżi tad-dejn sovran fiż-żona tal-ewro.

L-allinjament tal-baġits pubbliċi mal-limiti miftiehma tal-UE jeħtieġ li jiġri b’mod parallel mat-tkabbir ekonomiku. Ċipru se jiffoka fuq il-miżuri li jippromwovu dawn l-għanijiet matul is-6 xhur li ġejjin.

Wieħed mill-kompiti ewlenin tal-pajjiż se jkun li jintlaħaq ftehim dwar proposti għall-baġit tal-Kummissjoni għall-2014-20 Deutsch (de) français (fr) . Il-baġit jistabbilixxi prijoritajiet għall-UE fuq perjodu ta' żmien medju – iż-żieda fit-tkabbir ekonomiku, il-ħolqien tal-impjiegi u t-titjib tal-kompetittività.

Matul il-Presidenza tiegħu, Ċipru se jkompli jaħdem fuq koordinazzjoni ekonomika mtejba bejn il-pajjiżi tal-UE u fuq il-monitoraġġ tal-baġits nazzjonali biex dawn jinżammu fil-limiti miftiehma.

Prijorità oħra hija l-investiment fi programmi li joħolqu aktar impjiegi u impjiegi aħjar u fit-taħriġ – speċjalment għaż-żgħażagħ bla xogħol – li jipprovdi l-ħiliet rilevanti.

Ċipru se jimbotta programmi li jippromwovu stili ta' ħajja aktar attivi u li jtejbu s-saħħa u li jindirizzaw kwistjonijiet relatati mal-popolazzjoni li qed tixjieħ tal-Ewropa.

Ngħaqqdu l-Ewropa

Ċipru jittama li jagħmel progress dwar proposti tal-Kummissjoni biex iġib il-benefiċċji tal-integrazzjoni ekonomika Ewropea ("suq uniku") eqreb lejn iċ-ċittadini u n-negozji – biex jiġi stimolat it-tkabbir.

L-enfasi se jitqiegħed fuq miżuri li jgħinu lin-negozji ż-żgħar jirnexxu u fuq l-istabbiliment ta’ suq diġitali uniku English .

Ċipru se jissorvelja t-taħditiet li kienu għaddejjin dwar il-konnessjoni tan-netwerks tal-enerġija, tat-trasport u tat-telekomunikazzjonijiet tal-Ewropa. Il-konnessjoni tal-infrastruttura tal-UE żżid il-kompetizzjoni u tgħin tbaxxi l-prezzijiet għall-konsumaturi.

U wieħed mill-għanijiet ewlenin huwa li jintleħaq ftehim dwar politika marittima aktar integrata. Il-proposti tal-Kummissjoni qegħdin jitqiesu mill-mexxejja tal-UE u għandhom l-għan li jistimolaw il-koordinazzjoni tal-UE, biex ir-riżorsi marittimi jitmexxew b'mod aktar effettiv.

Il-ġestjoni tal-fruntieri tal-Ewropa

Hu importanti wkoll li jintlaħaq qbil dwar regoli komuni għal dawk li jfittxu l-ażil wara l-avvenimenti tas-sena l-oħra fl-Afrika ta' fuq u l-immigrazzjoni fuq skala kbira lejn l-Ewropa.

Il-mexxejja tal-UE huma ħerqana biex itejbu l-mod kif jitmexxew il-fruntieri esterni tal-UE. Qed jikkunsidraw ukoll ftehimiet ġodda dwar iż-żona interna tal-UE ħielsa mill-fruntieri.

Aktar dwar il-programm ta' sitt xhur ta' Ċipru English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli