Mogħdija tan-navigazzjoni

Unjoni bankarja għall-Ewropa - 26/06/2012

Il-bini Justus Lipsius, fi Brussell, il-Belġju fejn jiltaqgħu il-mexxejja tal-UE għas-samits. © UE

Superviżjoni komuni tal-banek tal-UE tipproteġi aħjar lid-depożitaturi, iġġib lura l-fiduċja u tgħin biex is-settur finanzjarju jkun prottet mix-xokkijiet - passi importanti biex l-Ewropa toħroġ mill-kriżi.

Il-kriżi ekonomika u finanzjarja wriet li s-sistema bankarja fl-UE hija vulnerabbli għax-xokkijiet. Problema f'bank wieħed tista' tinxtered malajr għal banek oħra u għalhekk teffettwa d-depożitaturi l-investiment u l-ekonomija in ġenerali.

Bi tweġiba, l-UE u l-pajjiżi membri qed isaħħu s-superviżjoni tas-settur finanzjarju. Bħala parti mir-riformi DeutschEnglishfrançais , is-sena l-oħra twaqqfu 3 entitatjiet Ewropej ta' superviżjoni biex jgħinu fil-koordinazzjoni tax-xogħol tar-regolaturi nazzjonali u jiżguraw li r-regoli fuq il-livell tal-UE jkunu applikati b'mod konsistenti.

Iżda jista' jsir iktar biex niżguraw l-istabbiltà finanzjarja. Il-president tal-Kummissjoni José Manuel Barroso qed jagħmel sejħa għal unjoni bankarja biex iġib lura l-fiduċja fil-banek u fl-ewro - bħala parti minn viżjoni għal tul ta' żmien għall-integrazzjoni ekonomika u fiskali. L-element prinċipali jkunu:

  • regoli bankarji madwar l-UE kollha – inkluż ħtiġijiet komuni iżda flessibbli dwar l-ammont ta' kapital li l-banek għandu bżonn ikollhom
  • superviżur bankarju uniku għall-UE b'sorveljanza diretta ta' banek li joperaw f'iktar minn pajjiż wieħed u ta' banek kbar ħafna - biex jinforza r-regoli u jissorvelja l-kontrolli tar-riskju
  • regoli komuni biex ikunu evitati fallimenti tal-banek u biex isir intervent meta bank ikollu problemi finanzjarji - qabel ikun hemm bżonn salvataġġi ffinanzjati mill-kontribwent
  • skema unika ta' garanzija tad-depożitu biex tipproteġi d-depożitaturi kull fejn għandhom it-tfaddil u l-investimenti tagħhom fl-UE - biex tirrinforza l-fiduċja fis-sistema bankarja

Il-Kummissjoni diġà għamlet proposti dwar uħud mill-elementi prinċipali li hemm bżonn għal unjoni bankarja. Dawn jinkludu liġi tal-UE DeutschEnglishfrançais biex tgħin lill-pajjiżi tal-UE u lir-regolaturi nazzjonali jwieġbu malajr u b'mod effettiv għal kriżi bankarja.

Fil-futur

Il-Kummissjoni qed tippjana iktar proposti - dwar fond komuni għas-salvataġġ tal-banek, il-fallimenti tal-banek, u koordinazzjoni eqreb dwar il-politiki dwar it-taxxa u dwar l-infiq.

Il-mexxejja tal-UE se jiddiskutu proposti għal unjoni bankarja u unjoni fiskali fil-laqgħa tagħhom fit-28-29 ta' Ġunju.

Iktar dwar ir-regoli u s-superviżjoni tal-banek tal-UE

Aġenda - laqgħa tal-Kunsill Ewropew tat-28-29 ta' Ġunju

Aġġornament - L-unjoni bankarja

Fiscal union DeutschEnglishfrançais

Building blocks towards economic growth DeutschEnglishfrançais

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli