Mogħdija tan-navigazzjoni

Noqorbu aktar lejn l-Ewropa – f'Jum l-Ewropa - 04/05/2012

Jum l-Ewropa jiċċelebra t-twettiq tal-UE – fost l-oħrajn, il-paċi dejjiema, il-kooperazzjoni ekonomika u l-ivvjaġġar ħieles bejn il-fruntieri. Hu wkoll opportunità biex insiru nafu aktar dwar l-UE, b'avvenimenti u attivitajiet għall-etajiet kollha.

Fid-9 ta' Mejju 1950, Robert Schuman, il-ministru tal-affarijiet barranin Franċiż, sejjaħ lil Franza, lill-Ġermanja u lill-pajjiżi l-oħra Ewropej biex jiġbru flimkien il-produzzjoni tagħhom tal-faħam u l-azzar.

Dan kien l-ewwel pass lejn il-ħolqien ta' dak li llum hi magħrufa bħala l-Unjoni Ewropea – 27 pajjiż magħqudin fir-rispett tagħhom lejn il-libertà u t-tmexxija tal-liġi filwaqt li jagħrfu u japprezzaw id-diversità taċ-ċittadini tal-UE. L-anniversarju tad-dikjarazzjoni ta' Schuman hu ċċelebrat bħala Jum l-Ewropa.

Bibien tal-Kwartieri Ġenerali tal-UE miftuħin għall-pubbliku

Is-Sibt 12 ta' Mejju, id-diversi istituzzjonijiet tal-UE se jiċċelebraw l-anniversarju billi jiftħu l-bibien tagħhom għall-pubbliku.

Qed jittellgħu avvenimenti madwar l-Ewropa kollha. Akkwista aktar tagħrif mill-uffiċċji tal-Kummissjoni f'kull pajjiż.

Fi Brussell, tista' tara b'għajnejk il-bini minn ġewwa simbolu tal-UE, Berlaymont (fejn jinsabu l-uffiċċji tal-Kummissarji Ewropej) jew żur is-sala fil-bini tal-Kunsill tal-UE fejn il-mexxejja u l-ministri tal-UE jinġabru għall-ogħla samits tagħhom.

Intefa' bilqiegħda fil-kamra għad-dibattitu tal-Parlament Ewropew, fejn l-MPE jiddiskutu l-kwistjonijiet tal-ġurnata. Jew agħti daqqa t'għajn lejn forums prinċipali oħrajn Ewropej, il-postijiet għal-laqgħat tar-rappreżentanti mir-reġjuni tal-Ewropa (il-Kumitat tar-Reġjuni) u d-diversi gruppi ta' interess tiegħu (il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali).

Kull wieħed minnhom qed jorganizza attivitajiet edukattivi ta' divertiment DeutschEnglishfrançaisNederlands għall-kbar u ż-żgħar. Isma' mużika, ara spettakli kulturali, skopri kif l-UE tiġġieled il-kriminalità elettronika, ipparteċipa fi kwiżż, jew ittestja l-ħeffa tiegħek int u timxi fuq pont tal-ħbula. Tista' tieħu sehem ukoll fi klassijiet ta' taħriġ jew titgħallem kif tagħmel fjuri tal-karti.

Konferenza dwar l-“istat tal-unjoni English “ dwar l-isfidi ekonomiċi korrenti tal-Ewropa u dwar aktar integrazzjoni se tiġi organizzata mid-9 sal-10 ta' Mejju f'Firenze, fl-Italja. Il-konferenza għandha tixxandar onlajn b'mod dirett.

Festival tal-Ewropa – avvenimenti b'bibien miftuħin għall-pubbliku, it-12 ta' Mejju DeutschEnglishfrançaisNederlands

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli