Mogħdija tan-navigazzjoni

Baġit li jiffoka fuq it-tkabbir fl-Ewropa - 27/04/2012

L-abbozz tal-baġit tal-2013 jammonta għal madwar €138 biljun fi ħlasijiet, 6.8% iktar milli fl-2012. Iż-żieda taqbel mal-ħtieġa, murija mill-gvernijiet tal-UE, għal iktar investimenti favur it-tkabbir.

Il-Kummissjoni tipproponi li tikkonċentra l-ispiża fuq oqsma li huma l-iktar probabbli li jinkoraġġixxu t-tkabbir u jwasslu għal iktar impjiegi.

Pereżempju, iktar flus se jintefqu fir-riċerka, l-edukazzjoni, it-taħriġ, in-netwerks tal-enerġija u t-trasport u t-titjib tal-kompetittività tal-UE. Iż-żieda tirrifletti wkoll l-ammonti addizzjonali li hemm bżonn għall-programmi diġà għaddejjin bħalissa.

Fl-2013 imiss il-ħlas ta' ħafna minn dawn il-programmi - pereżempju l-pontijiet, il-ferroviji u l-awtostradi li jgħaqqdu l-Ewropa u jżidu l-kompetittività tagħha. Il-gvernijiet tal-UE ffirmaw dawn l-impenji fil-baġits preċedenti u l-Kummissjoni hija obbligata legalment li tħallashom.

Madanakollu, mhux se jsiru iktar spejjeż għal dawn it-tip ta' proġetti għal tul ta' żmien skont l-inflazzjoni. Dan ifisser li l-gvernijiet tal-UE mhux se jkollhom bżonn jagħtu ammonti ogħla fil-baġits li ġejjin.

Il-Kummissjoni qed tipprova tfaddal ukoll fejn tista', billi twaqqaf programmi li mhux sejrin tajjeb u tnaqqas il-personal tal-UE b'1% pereżempju.

Il-maġġor parti tal-baġit tal-2013 English se jmur għal programmi li se jgħinu lin-nies direttament. Pereżempju, huma proposti iktar flus għal fond li jgħin lil min hu qiegħed jew minn qed jirriskja li jitlef ix-xogħol, jissellef biex jibda n-negozju tiegħu.

Kif jaħdem il-baġit

Il-baġit jiffoka fuq il-ħtiġijiet tal-Ewropej inġenerali. Kulħadd jibbenefika mill-indirizzar tal-flus f'oqsma fejn jaqblilna li naħdmu flimkien. Minflok sforzi doppji, huwa irħas u iktar effettiv għall-gvernijiet jekk iwieġbu għall-isfidi attwali fi sforz koordinat minflok 27 sforz separat.

Pereżempju, is-sena l-oħra nħolqu entitajiet tal-UE ġodda biex jgħinu lill-gvernijiet jirregolaw aħjar is-settur tas-servizzi finanzjarji tagħhom. Iktar interkonnessjonijiet tal-enerġija bejn il-pajjiżi jipprovdu sigurtà tal-enerġija aħjar għall-Ewropa waqt li jgħinu biex il-prezzijiet tal-enerġija għall-konsumaturi jkunu l-irħas possibbli.

Madwar 94% tal-baġit tal-UE jmur għar-reġjuni, l-ibliet, in-negozji, ix-xjenzati u ċittadini tal-UE, b'nofsu jimmira t-tkabbir u l-impjiegi. Il-bqija jappoġġa l-ħidma tal-istituzzjonijiet tal-UE.

Il-passi li jmiss

Issa l-gvernijiet tal-UE u l-Parlament Ewropew iridu jaslu għal ftehim dwar il-proposta tal-baġit DeutschEnglishfrançais .

Iktar dwar il-baġit tal-UE DeutschEnglishfrançais

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli