Mogħdija tan-navigazzjoni

Nerġgħu lura għat-tkabbir ekonomiku - 02/03/2012

Il-president tal-Kummissjoni José Manuel Barroso jitkellem f'konferenza stampa © EU

Il-mexxejja mħeġġa biex ikomplu jimxu mal-ftehimiet tal-UE li jistimolaw it-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi, jgħid il-President tal-Kummissjoni José Manuel Barroso.

"Wasal il-ħin biex minn stat ta' kriżi nduru għal stat ta' tkabbir ekonomiku", qal Barroso fil-laqgħa tal-mexxejja tal-UE fl-1 u t-2 ta' Marzu.

Iż-żona tal-ewro qed tieħu miżuri biex issolvi l-kriżi tad-dejn pubbliku tagħha. Issa l-mexxejja kollha tal-UE jeħtiġilhom jaġixxu fuq politiki miftiehma fil-livell tal-UE, huwa qal.

L-istħarriġ dwar it-tkabbir ekonomiku tal-2012 DeutschEnglishfrançais tal-Kummissjoni – sett ta' politiki u prijoritajiet ekonomiċi – jipprovdi strateġija għall-mexxejja biex jimplimentaw il-pjanijiet ta' riforma nazzjonali. Dawn il-pjanijiet għandhom jiffukaw fuq miżuri ta' prijorità – inklużi dawk li jnaqqsu l-qgħad fost iż-żgħażagħ u jżidu l-appoġġ għan-negozji ż-żgħar.

Il-bonds għal proġetti tal-UE jistgħu jżidu wkoll il-finanzjament għall-investimenti strateġiċi fit-trasport, l-enerġija u n-netwerks tal-internet b'veloċità kbira, qal il-president Barroso.

Ftehim dwar regoli tal-baġit

Fit-2 ta' Marzu l-pajjiżi kollha minbarra r-Renju Unit u r-Repubblika Ċeka ffirmaw trattat intergovernattiv li jistabbilixxi regoli baġitarji iktar stretti fiż-żona tal-ewro.

Dan għandu jidħol fis-seħħ wara r-ratifika minn tal-anqas 12-il pajjiż taż-żona tal-ewro. Ladarba jadottaw l-ewro, pajjiżi oħrajn jintrabtu b'dan it-trattat, sakemm ma jiddeċidux li jimxu ma' dawn ir-regoli qabel.

It-trattat se jirrikjedi lill-gvernijiet taż-żona tal-ewro biex iżommu l-baġits ġenerali tagħhom ibbilanċjati jew b-bilanċ pożittiv. Dawk li jaqbżu l-limitu tad-defiċit ta' 0.5% tal-PGD jkollhom jerġgħu jġibu l-baġit tagħhom f'bilanċ pożittiv, u jkunu taħt is-sorveljanza tal-pajjiżi l-oħra tal-UE.

It-trattat hu meqjus bħala parti importanti tar-rispons tal-UE għall-kriżi finanzjarja – u l-kriżi tad-dejn taż-żona tal-ewro. Billi jsaħħu l-governanza ekonomika u l-istabbiltà, il-mexxejja tal-UE għandhom l-għan li jirrestawraw il-fiduċja – fost il-pubbliku u fis-swieq finanzjarji.

Kwistjonijiet oħra

Fil-laqgħa l-mexxeja tal-UE ftiehmu fuq strateġija għall-Bulgarija u r-Rumanija biex jingħaqdu maż-żona ħielsa mill-kontrolli tal-passaporti.

"Hi kwistjoni ta' sens ta' ġustizzja u oġġettività," qal il-president Barroso.

Il-mexxejja aċċettaw ukoll lis-Serbja bħala kandidat biex tingħaqad fl-UE. “... hi wkoll deċiżjoni tajba għaliex turi li l-UE għadha attraenti ħafna," huwa qal.

Aktar informazzjoni dwar is-samit tal-UE (1-2 ta' Marzu 2012) DeutschEnglishfrançaisportuguês

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli