Mogħdija tan-navigazzjoni

X'għamlet l-UE fl-2011 - 28/02/2012

Bnadar Ewropej quddiem il-bini tal-kwartieri ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea © EU

Ir-rapport tal-attivitajiet annwali fih lista ta' dak li twettaq li tinkludi governanza ekonomika aktar b'saħħitha, miżuri biex jissaħħu l-iżvilupp ekonomiku u l-impjiegi u sabiex iċ-ċittadini jipparteċipaw fit-tfassil tal-liġijiet tal-UE.

Is-sena l-oħra l-UE wieġbet għal għadd ta' sfidi ewlenin, fosthom l-indirizzar tal-kriżi ekonomika u finanzjarja attwali, l-irvellijiet fl-Afrika ta' Fuq u fil-Lvant Nofsani, u t-tmexxija tan-negozjati dinjin dwar it-tibdil fil-klima, il-kummerċ internazzjonali u l-iżvilupp ekonomiku.

Ir-rapport ġenerali 2011 tal-UE jiġbor fih dawn l-attivitajiet kollha tal-istituzzjonijiet tal-UE matul is-sena. Dan l-artiklu qed juri dawk l-aktar importanti.

Bħala tweġiba għall-kriżi, l-UE kompliet bir-riforma bażika tal-politiki ekonomiċi tagħha. Hi ssikkat il-governanza ekonomika English b'miżuri għal aktar koordinazzjoni fil-politika fost il-pajjiżi tal-UE, sorveljanza tal-baġits pubbliċi u sanzjonijiet. U f'Diċembru, il-blokk adotta sett ġdid u ewlieni ta' regoli għall-ekonomija u s-sorveljanza fiskali.

Twaqqfu entitajiet ġodda mal-UE kollha biex jgħinu lir-regolaturi nazzjonali jissorveljaw is-settur tas-servizzi finanzjarji.

L-azzjoni tal-UE tappoġġa wkoll il-pajjiżi taż-żona tal-ewro li qed jiffaċċjaw kriżijiet ta' dejn pubbliku. Qed jitqiesu miżuri fit-tul biex jgħinu pajjiżi li jista' jkollhom bżonn tal-għajnuna fil-ġejjieni.

Pjan immirat għall-irkupru

L-UE kompliet tadatta l-pjanijiet ta' rkupru tagħha biex l-ekonomika tal-UE tkun aktar kompetittiva. Fosthom l-Att dwar is-Suq Uniku, li jidentifika 12-il miżura ta' prijorità biex l-UE taħdem aħjar għall-konsumaturi, il-ħaddiema u n-negozji.

L-enerġija, il-klima u l-ambjent kienu wkoll ta' importanza għolja fl-aġenda. Il-gvernijiet tal-UE qablu li jħaffu l-integrazzjoni tas-swieq tal-enerġija u tal-infrastruttura tal-UE u li jtejbu l-effiċjenza tal-enerġija.

Fil-bidu tal-2011, ġiet adottata leġiżlazzjoni li stabbilixxiet Inizjattiva taċ-Ċittadini. Minn April 2012, iċ-ċittadini u gruppi oħrajn li jirnexxielhom jiġbru biżżejjed appoġġ se jkunu jistgħu jappellaw lill-Kummissjoni biex tipproponi liġijiet tal-UE dwar kwistjonijiet speċifiċi ta' interess għalihom, billi tagħtihom sehem dirett fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

F'Mejju, wara l-irvellijiet fl-Afrika ta' Fuq u fil-Lvant Nofsani, l-UE nediet politika ġdida Ewropea għall-viċinat DeutschEnglishfrançais – ibbażata fuq it-tiswir ta' impenn komuni għad-demokrazija.

F'Diċembru, il-Kroazja ffirmat it-trattat tas-sħubija u hi ppjanata li ssir it-28 pajjiż tal-UE mill-1 ta' Lulju 2013.

Aqra r-rapport ġenerali tal-2011

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli